Skip to main content

Minflokna!

“Il-Mulej ħanin u twajjeb, u bil-mod biex jagħdab u ta’ tjieba kbira. Mhux dejjem jitlewwem magħna, u lanqas jitgħaddab għal dejjem. Ma mexiex magħna skont dnubietna, u lanqas ħallasna skont ħżunitna. Għax daqskemm is-smewwiet huma ’l fuq mill-art, daqshekk hi kbira t-tjieba tiegħu għal dawk li jibżgħu minnu” (Salmi 103:8-11).

Din hi dikjarazzjoni meraviljuża, u nistgħu nifhmuha; imissha timlina b’rikonoxximent. Kif jista’ jkun, Alla jibqa’ lura milli jroddilna skont dnubietna? Għas-sempliċi raġuni li lil Ibnu raddlu skont dnubietna. “Lil dak li ma kienx jaf dnub Alla għamlu dnub għalina, sabiex aħna nsiru l-ġustizzja t’Alla fih” (2 Korintin 5:21).

It-toqol tal-ħtija għaffiġna, u s-sentenza tal-mewt kienet imdendla fuqna; iżda t-toqol għaddieh għal fuq Ibnu, u bata l-konsegwenzi hu għan-nom tagħna. Is-sentenza tal-mewt, indirizzata lilna, kienet esegwita fuqu. Alla darbu fl-għadab feroċi tiegħu, għax l-għadab li kien fuq rasna tefgħu fuq ir-ras qaddisa t’Ibnu. “Il-kastig, li bih għandna s-sliem, kien fuqu, u bil-flaġellazzjoni tiegħu aħna fiqna.” 

Hawn hu l-iskambju li bih ksibna titlu ġdid quddiem l-Imħallef tas-sema u l-art. “Kristu fdiena mis-saħta tal-liġi billi sar saħta għalina, għax hu miktub: ‘Misħut kull min hu mdendel ma’ siġra,’ sabiex f’Ġesù Kristu l-barka t’Abraħam tiġi għand il-Ġentili, sabiex nirċievu l-Ispirtu mwiegħed permezz tal-fidi” (Galatin 3:13-14). Is-saħta ħadha s-Sostitut tagħna biex mingħandu nirċievu l-barka. Alla jgħoddna ġusti fuq il-merti tiegħu. 

Allura flok ikkundannati, issa ġustifikati; flok ħatja, issa maħfura; flok imniġġsa, issa nodfa; flok midinbin, issa qaddisin. 

Talba: “O Alla grazzjuż, int ġust wisq biex tivvindika l-ġustizzja tiegħek darbtejn għall-istess difetti. U allura, ladarba dderiġejt l-għadab qalil tiegħek fuq is-Sostitut tagħna, m’intix se ddawru xi darba għal fuqna wkoll. Issa li raddejtlu skont l-inikwità tagħna, tippremjana skont il-merti tiegħu! Minħabba f’hekk noffrulek it-tifħir u r-radd il-ħajr tagħna. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...