Skip to main content

Diskors u Skiet

“Min jagħlaq għajnu jġib l-għali, iżda iblah lablabi jiġġarraf. Fomm ir-raġel ġust hu għajn il-ħajja, iżda fomm il-ħżiena jistor il-vjolenza. Il-mibegħda tqajjem il-ġlied, iżda l-imħabba tgħatti l-ħtijiet kollha. Fuq xofftejn min għandu d-dehen jinsab l-għerf, iżda l-ħatar għad-dahar ta’ min ma għandux sens. L-għorrief jaħżnu l-għerf tagħhom, iżda fomm l-iblah hu ħsara fil-qrib” (Proverbji 10:10-14).

Id-diskors tajjeb, is-silenzju itjeb, bħalma d-deheb jisboq il-fidda fil-valur. Dan għaliex il-kliem jiġi bħaċ-ċirasa, naturalment, imma s-silenzju hu r-riżultat ta’ fehma u simpatija. Għalhekk, sikwit, meta l-boloh ireċplu, id-dehni jibqa’ b’fommu sieket. Aktar iva milli le, huwa l-fomm imsikket li jinstema’ l-aktar melodjuż. 

Hawnhekk ma rridux immorru fl-estremità l-oħra: is-sempliċi silenzju mhuwiex ekwivalenti għall-għerf. Aktarx l-għerf jikkonsisti filli tkun taf x’tgħid, meta u kif, u liema huma s-sitwazzjonijiet fejn hu għaqli tirtira wara l-fortizza tas-silenzju.

Anke fil-ħajja privata tagħna, meta m’għandniex kuntatt ma’ ħaddieħor, nafu li t-tempju tal-ħsibijiet l-aktar safja huwa proprjament is-silenzju. Għax is-silenzju ġej mingħand Alla, u rikmandat minnu: “Iskot, u kun af li jien Alla!” “Il-Mulej jinsab fit-tempju tiegħu: ħa tiskot quddiemu l-art kollha!” 

Tant aħna mferfxin illi m’għandniex ċans nilbtu ftit. X’avvanz inkunu għamilna meta nirċievu s-silenzju bħala l-mediċina ħelwa tal-qalb! Ħafna aktar nidmu għax tkellmu milli għax baqgħu siekta. Min jitkellem ikun qed jiżra’, imma min iżomm ilsienu bejn snienu jkun qed jaħsad. L-aħjar, però, hi l-linja medjana: skont Salamun, hemm ħin biex titkellem u ħin biex tiskot. Imma ieħor, ispirat bħalu u daqsu, jissuġġerixxi biex inkunu tqal biex nitkellmu u ħfief biex nisimgħu. 

Talba: “Mgħallem ġust, int għidtilna illi mill-milja tal-qalb jitkellem il-fomm. Jisgħobbina talli minn ħalqna joħroġ il-gideb, it-tqasqis u d-diskors bla ħniena, aktar u aktar meta nafu illi dan juri l-istat fqir ta’ qalbna. Aħfer lill-qaddejja tiegħek; u oħloq fina qalb li tibża’ minnek u titriegħed għal Kelmtek. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...