Skip to main content

Ragħaj Wieħed

“Għaliex intom b’ġenbejkom u bi spallejkom timbottaw u tagħtu bi qrunkom lill-morda kollha, sakemm waddabtuhom ’il barra. Għalhekk, jien insalva l-merħla tiegħi, u ma jkunux aktar priża; u nagħmel ħaqq bejn nagħġa u nagħġa. U nqiegħed fuqhom ragħaj wieħed, u jirgħahom, il-qaddej tiegħi David; jirgħahom hu stess, u jkun ir-ragħaj tagħhom” (Eżekjel 34:21-23).

Xi wħud huma godlija u mibrumin, u għalhekk jaħbtu jkunu insensittivi lejn id-debboli. Dan hu dnub li jġib miegħu ħafna mrar u għali. L-insensittività qatt m’hemm lok għaliha fost ulied Alla. Kull meta nimbottaw lil ħaddieħor fil-ġenb, jew nirrombaw lill-morda bil-qrun, inkunu qed noffendu qatigħ fil-ġemgħat tal-fidili. 

Il-Mulej jinnota dawn l-għemejjel ta’ kburija u bla ħniena, u jirrabja kontrihom, għax iħobb id-dgħajfin. Ħalef illi jindokrahom, u jgħaddihom mid-dgħufija għall-qawwa. Jieħu ż-żmien, iżda l-għan tiegħu ma jfallix.

Jaqaw int wieħed minn dawk mistmella? Forsi m’ilekx wisq illi kkonvertejt, u għadek bilkemm tagħraf id-differenza bejn ix-xellugija u l-leminija? Int bniedem immarkat minħabba l-kuxjenza tenera tiegħek? Ħutek jiġġudikawk bl-aħrax? Tagħmilx f’qalbek minħabba l-kondotta tagħhom. Fuq kollox, timbottax bi tpattija. Ħalli l-kwistjoni kollha f’idejn il-Mulej: hu l-Imħallef. Għaliex għandna nixtiequ niddeffsu f’dan ix-xogħol tiegħu? Hu jiddeċiedi wisq iżjed ġustament minna. Il-ħin tal-ġudizzju tiegħu hu l-aħjar, u m’għandniex għalfejn ngħaġġluh.

Fl-istess ħin ħa jitriegħed dak li qed jgħakkes lill-oħrajn b’qalbu iebsa. Avolja għalissa jista’ jirfes fuq ħaddieħor bla kastig, ħa jkun jaf li d-diskors kburi tiegħu hu nnotat. Għal kull kelma żejda li jgħid jeħtieġ jagħti kont tagħha quddiem it-tribunal tal-Imħallef il-Kbir.

Talba: “Fik nista’ nistabar, Mulej, konfortatur tiegħi, għax int taf l-għali tiegħi, u ddawwarni bil-mogħdrija tiegħek. Ħaddieħor jista’ jwarrabni, iżda int tilqa’ lill-batut u l-minsi. Żommni b’rieda tajba lejn ħaddieħor, avolja ma jifhmunix u lanqas jissimpatizzaw bid-dgħufija tiegħi. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...