Skip to main content

Perfezzjoni Aċċettabbli

“Issa nafu illi kulma tgħid il-liġi, tgħidu ’l dawk taħt il-liġi, sabiex kull fomm jintebaq u d-dinja kollha tinżamm responsabbli quddiem Alla. Għalhekk mill-opri tal-liġi ebda bniedem mhu se jkun iddikjarat ġust quddiemu; aktarx, permezz tal-liġi jiġina t-tagħrif tad-dnub. Imma issa, apparti l-liġi, il-ġustizzja t’Alla hi mmanifestata, mixhuda mil-Liġi u l-Profeti, iva, il-ġustizzja t’Alla permezz tal-fidi f’Ġesù Kristu għal dawk kollha li jemmnu. M’hemmx distinzjoni, għax kollha dinbu u jonqsu mill-glorja t’Alla, u huma ġġustifikati b’xejn bil-grazzja tiegħu permezz tal-fidwa li seħħet fi Kristu Ġesù” (Rumani 3:19-24).

Il-perfezzjoni kif jifhimha l-bniedem u l-perfezzjoni kif jaraha Alla huma differenti minn xulxin. Ħa jiftakru l-moralisti min huma, u kemm huma fjakki t-tentattivi tagħhom biex jilħqu l-perfezzjoni li Alla jirrikjiedi minnhom. 

Ewwilla nsew li huma nisel Adam? Ewwilla ma jridux ikunu realistiċi u jagħrfu li fil-vini tagħhom hemm jiġri demm it-traditur? Ladarba kull fomm għad jintebaq, kif jissograw jiftħu tagħhom? Jekk difatti d-dinja kollha għad tidher ħatja quddiem l-Imħallef etern – għax bl-opri tal-liġi ebda bniedem ma jista’ jkun magħdud ġust quddiemu – kif għandhom l-ardir jipprovaw jiddefendu lilhom infushom? Kif jissograw jgħidu li huma innoċenti quddiem l-Ogħla? Jaqaw ma jirrealizzawx illi l-ħarsa tal-Omnixjenti tippenetra sa fil-moħbiet tal-qalb? Ewwilla ma jafux illi Alla jinnota l-korruzzjoni avolja l-mixja tagħhom tidher ċivili? 

Qatt ma semgħu l-moralisti illi hu biss Kristu li jippurifikalna qlubna permezz tal-fidi fih, kif ukoll iqaddisna bil-fidi? (Atti 15:9; 26:18). Mingħajr il-maħfra tiegħu, il-wiċċ maħsul u l-idejn nodfa tagħhom qatt ma jistgħu jirrikmandawhom quddiem Alla, li jismu Qaddis.

Ironikament, it-tjieba tal-moralisti aktar tagħmel ġid lil nies oħra f’did-dinja milli lilhom infushom fid-dinja l-oħra. Iċ-ċiviltà, l-edukazzjoni, l-imġiba diċenti, l-etikett, hi bastun tajjeb biex timxi bih fost il-bnedmin, imma hi sellum żgangat u diżappuntanti biex titla’ l-Ġenna biha. Das-sellum ma jlaħħaqx. Ġesù Kristu biss – it-taraġ li fuqu jitilgħu u jinżlu l-anġli t’Alla – iġonġi l-art mas-sema. 

L-arċier jista’ jimmissja l-bersall tiegħu billi jispara żmerċ jew inkella ma jisparax qawwi biżżejjed. L-ipokritu jispara żmerċ, mentri l-moralista ma jwassalx il-vleġġa tiegħu sal-bersall. Iż-żagħżugħ li staqsa lis-Sid Ġesù, “X’għandi nagħmel biex niret il-ħajja eterna?” seta’ jkun bniedem aħjar kieku ma kienx daqshekk tajjeb!

Talba: “Int għadabt, Mulej Alla, għax aħna dnibna; domna ħafna fi ħtijietna. Insalvaw aħna? Għax sirna lkoll bħal raġel imniġġes, u s-sewwa kollu tagħna sar bħal ċarruta maħmuġa; ilkoll nidbielu bħal werqa, u ħtijietna, bħar-riħ, iġorruna. Għax m’hawn ħadd iżjed li jsejjaħ ismek, li jitħarrek biex iżomm miegħek. Tkomplix taħbi wiċċek minna; tħalliniex nintemmu fi ħżunitna. Ħenn għall-qaddejja tiegħek! Ħa jiddi dawlek fuqna! Nappellawlek f’isem Ibnek Ġesù. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...