Skip to main content

Teħilx Fl-Imgħoddi

“U intom, ulied Sijon, thennew u ifirħu fil-Mulej, f’Alla tagħkom, għax jagħtikom ix-xita bikrija bil-qies u jibgħatilkom ix-xita, sew bikrija u sew imwaħħra, bħal fi żmien l-imgħoddi. U l-andrijiet jimtlew bil-qamħ u l-imgħasar ifuru bl-inbid u biż-żejt. U nroddilkom għas-snin li kielu l-arbeh, il-jeleq, il-ħasil u l-gażam, l-eżerċtu kbir tiegħi li jien bgħatt kontra tagħkom” (Ġoel 2:23-25). 

Iva, dawk is-snin moħlija li għalihom nitniegħdu għad ikun irrestawrati lilna. Alla kapaċi jagħtina grazzja hekk kotrana li fil-bqija ta’ għomorna ndeffsu servizz abbondanti illi jirrikumpensa dawk is-snin meta konna għadna mitlufa. “Għax iż-żmien passat hu suffiċjenti għalikom biex issodisfajtu r-rieda tal-pagani, billi għixtu fil-libertinaġġ, passjonijiet, orġji sikrana, tbaħrid sfrenat, sfiċeċ ta’ xorb u idolatriji diżgustanti” (1 Pietru 4:3).

Jerġa’, meta naqgħu għall-pjaċiri tad-dinja, għall-bruda u l-indifferenza, dawn huma kollha ġurati li jżuruna bħala kastig terribbli. M’hemmx li qatt ma joqorbu lejna! Il-Mulej, fi ħnientu, neħħiehom bogħod minna. Issa l-programm hu radikalment differenti. Ninsabu mħeġġin biex inservuh u navvanzaw il-kawża tiegħu fuq l-art. 

Imbierek ikun ismu! Fornuti bil-qawwa tiegħu li topera fina bis-setgħa, nistgħu issa niġbru ħsad ta’ grazzji spiritwali illi jpatti għal meta konna ħawlija. Mhuwiex il-lant inħammu fuq il-passat. Quddiemna hemm mifruxa triq ta’ opportunità. Il-mira tal-appostlu ma kinitx ambivalenti. “Qed nippressa,” jgħid, “sabiex inkun nista’ naqbad dak li għalih jien inqbadt minn Kristu Ġesù. L-aħwa, jien ma nikkonsidrax lili nnifsi li diġà qbadtu. Imma ħaġa waħda nagħmel: ninsa l-ħwejjeġ li jinsabu warajja u niġġebbed għall-ħwejjeġ quddiemi. Qed nisforza lejn l-objettiv għall-premju tas-sejħa t’hemm fuq mingħand Alla fi Kristu Ġesù” (Filippin 3:12-14). 

Permezz tal-grazzja sinjura tiegħu nistgħu naqilbu għall-aħjar tagħna l-esperjenzi qarsa tagħna; nużawhom ukoll biex inwissu lil ħaddieħor. Nistgħu nniżżlu għeruqna iżjed fl-umiltà, dipendenza sempliċi, u spiritwalità vera, minħabba l-fallimenti tal-imgħoddi. Jekk nitgħallmu nishru u ngħassu, insiru iżjed żelużi u teneri. Prattikament inkunu gwadanjajna mit-telfiet lamentabbli tagħna. Is-snin imberbqa, b’miraklu ta’ mħabba, jistgħu jkunu rrestawrati, għax nemmnu f’Alla li kapaċi jagħmel wisq iżjed milli nimmaġinaw.

X’kisba jista’ jkollna! Nemmnuha, u ngħixuha. Ftakar li Pietru safa ta’ użu ikbar wara li l-Mulej fejjaqlu l-preżunzjoni tiegħu. L-istess jagħmel fik u permezz tiegħek.

Talba: “Mulej, int is-Sostenitur fidil tagħna. Għinna bil-grazzja tiegħek biex ma neħlux fl-imgħoddi. Reġġagħna lura u aħna nerġgħu għandek. Fejqilna l-fallimenti u aħna nkunu mfejqa! Int Alla l-ħaj, preżenti u operattiv fina; ħa narawk twettqilna u timmultiplikalna għemil idejna. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...