Skip to main content

Marta u Marija

“Huma u sejrin fi triqthom, Ġesù daħal f’raħal fejn mara jisimha Marta laqgħetu f’darha. Kellha oħtha jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda ma’ saqajn is-Sid, tisma’ kelmtu. Imma Marta kienet distratta b’xebgħa faċendi. Ġiet fuqu u qalet, ‘Ja Sid, ma jimportakx illi oħti ħallietni nservi waħdi? Għidilha mela sabiex tgħinni!’ Imma s-Sid weġibha, ‘Marta, Marta, qed tinkwieta u tinsab aġitata dwar qabda ħwejjeġ, imma hemm bżonn ta’ kemxejn ħwejjeġ, jew ħaġa waħda. Marija għażlet il-porzjon it-tajjeb, li mhux se jitteħdilha’” (Luqa 10:38-42).

Id-dispożizzjoni u l-kondotta taż-żewġ aħwa, Marta u Marija, abbli jissuġġerulna x-xewqat u l-aġir tal-ġisem u l-ispirtu, li minnhom kull Kristjan hu kompost. Il-ġisem iħobb jinkwieta u jiffissa fuq patafjun interessi. Dejjem għaddej; qajla ssibu skomdu. Dejjem irid, rari sodisfatt, qatt verament hieni. Iżda l-ispirtu jagħżel il-parti superjuri, “il-porzjon it-tajjeb.” Hu tabilħaqq dehni fl-għażla tiegħu, sodisfatt bl-oġġett tiegħu, u realment feliċi fit-tgawdija tiegħu.

Sakemm il-Kristjan hu taħt l-influwenza prevalenti ta’ dan “il-porzjon it-tajjeb,” ma jilmenta xejn. Din il-ħaġa waħda, it-tgawdija t’Alla, kienet il-Ġenna tal-ewwel ġenituri tagħna. Għatx għat-tgawdija ta’ żewġ ħwejjeġ – it-tagħrif tal-ħażin kif ukoll tat-tajjeb – ikkawża l-gwaj kollu, u rrendiehom miżerabbli. Huwa dat-tagħrif tal-ħażen illi jżomm il-posteri kollu tagħhom fiċ-ċirkostanzi mdejqa li fihom waqgħu. Xi wħud minnhom, bi grazzja, jinġiebu biex isiru jafu “l-porzjon it-tajjeb,” il-bżonn ta’ “ħaġa waħda.” X’inhi din jekk mhix it-tagħrif salviviku ta’ Alla s-Salvatur? 

It-talba kontinwata tal-appostlu kienet preċiżament biex “insir nafu” (Filippin 3:10). Marija kienet kuntenta fit-tgawdija ta’ dat-tagħrif. L-Imgħallem innifsu jagħmlilha kommendazzjoni sabiħa. L-għażla tagħha sejħilha l-parti tajba “li mhux se titteħdilha.”

Talba: “Missierna, agħtina biex nagħmlu d-deċiżjonijiet u l-għażliet tagħna fid-dawl ta’ Kelmtek. Agħtina illi dejjem nippreferu l-ħwejjeġ superjuri għall-avvanz spiritwali tagħna, u fuq kollox għas-sebħ ta’ ismek. Tippermettilniex nieqfu fit-tajjeb bla ma nixxenqu għall-aħjar, f’isem Kristu Ibnek. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...