Skip to main content

Id-Dielja u l-Friegħi

“Jien hu d-dielja; intom iż-żraġen. Min jibqa’ fija u jien fih, dan jipproduċi qabda frott, għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn affattu. Jekk xi ħadd ma jibqax fija, jintrema’ barra bħal żarġun, u jinxef. It-tali żraġen jiġbruhom, jixħtuhom fin-nar u jinħarqu. Jekk tibqgħu fija, u kliemi jibqa’ fikom, issupplikaw kwalunkwe ħaġa li tridu, u ssirilkom. B’dan hu gglorifikat Missieri, illi tipproduċu qabda frott, u hekk tagħtu prova li intom dixxipli tiegħi” (Ġwanni 15:5-8).

Innota sew, illi rridu nisimgħu lil Ġesù Kristu jitkellem jekk nippretendu li jismagħna nitkellmu. Jekk widnejna huma misdudin għal-leħen ta’ Kristu, widnejh huma misdudin għalina. Iżjed ma nisimgħu, iżjed inkunu mismugħa. 

Barra minn hekk, kulma nisimgħu mingħandu jeħtieġ jibqa’ fina, jgħix fina, u jgħammar fil-karattru tagħna bħala forza u qawwa. Jeħtiġilna nirċievu l-veritajiet li għallem ir-Rabbi minn Nażaret, il-preċetti li ħareġ, u l-movimenti tal-Ispirtu fina; inkella nisfaw paralitiċi quddiem it-tron tal-grazzja.

Ħa ngħidu li qed nilqgħu kliemu, u nħalluh jinfluwenzana, x’orizzonti ġodda ta’ opportunità jfiġġu quddiemna! Fit-talb tgħaddi tagħna, meta r-rieda tagħna nkunu ċedejnieha għall-kmand tal-Mulej. Hekk Elija u oħrajn bħalu huma mħarrġa biex jużaw l-imfietaħ tas-sema, u jagħlqu jew jiftħu s-sħab tax-xita. Bniedem wieħed bħal Elija jiswa daqs elf Kristjan laxk f’mixjietu.

Nixtiequ bl-umiltà nkunu interċessuri għall-knisja u għad-dinja? Nixtiequ, bħal Samwel u Pawlu u Luteru, inkunu kapaċi niksbu dak li rridu mingħand il-Mulej? Mela jeħtieġ immejlu widnejna lejn leħen il-Maħbub. Essenzjali naħżnu kliemu bħal teżor, u nobduh bir-reqqa. Min irid jitlob effettivament jeħtieġ jisma’ bil-bżulija kollha.

Talba: “Quddiemek, o Mulej, jitla’ t-talb tal-ġust, bħal inċens fewwieħ. L-għajta tiegħu hi potenti u effettiva, u allura tiswa ħafna. Tħalliniex mela nidħqu bina nfusna b’talb formalistiku, mekkaniku jew verbali biss, mingħajr ma l-qalb tkun involuta, bi spirtu niedem li jitriegħed għal Kelmtek. Qanqalna bl-Ispirtu tiegħek biex ġenwinament nappellawlek għall-avvanz spiritwali, għal stejqien fil-komunità u għal xita ta’ barka għal pajjiżna. F’isem Kristu. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...