Skip to main content

L-Eżempju

“Imma kull min jikkawża biex jidneb wieħed minn dawn iż-żgħar li jemmnu fija, jaqbillu illi tiddendel ġebla tqila ta’ mitħna madwar għonqu u jkun mgħarraq f’qiegħ il-baħar. Gwaj għad-dinja minħabba l-iskandli tagħha! Għax hija neċessità illi jiġu l-iskandli, madankollu gwaj għall-bniedem li permezz tiegħu jiġi l-iskandlu! Issa jekk idek jew sieqek tikkawżalek illi tidneb, aqtagħha ’l barra u ixħitha bogħod minnek. Huwa aħjar għalik tidħol fil-ħajja magħtub jew zopp milli jkollok żewġ idejn jew żewġ saqajn u tinxteħet fin-nar l-etern” (Mattew 18:6-8).

L-eżempju, tabilħaqq, jibqa’ minn ġenerazzjoni għall-oħra r-rettorika l-aktar konvinċenti. U mqar l-informazzjoni bijografika fit-Testment il-Qadim isservina ta’ struzzjoni għalina fit-Testment il-Ġdid, għax bażikament il-bniedem modern, bħal ta’ dari, jiġġarrab fl-istess oqsma. L-ambjent u l-kultura jistgħu jkunu differenti, imma xorta waħda taħt kappa waħda tax-xemx għadhom. 

Ħa noqogħdu attenti aħna nfusna kif u x’fatta qed ninfluwenzaw lil ħaddieħor. Nistgħu faċilment inkunu okkażżjoni ta’ żelqiet u disfatti morali f’ħaddieħor, bl-eżempju mħassar tagħna. Aktar ma jkun eminenti l-eżempju, aktar jinfirex. Id-dnubiet tal-kmandanti huma dnubiet jikkmandaw; id-dnubiet tal-mexxejja huma dnubiet li jmexxu; id-dnubiet tal-għalliema huma dnubiet li jgħallmu. 

Ftit hemm x’nistgħu mmissu mingħajr ma nħallu l-marka tas-swaba’ tagħna warajna. Ħa nibżgħu dejjem, mela, għax aktar m’aħna f’pożizzjoni responsabbli, aktar in-nies tippretendi minna. Nafu biżżejjed kemm il-vizzji ta’ nies kbar huma aktar ikkopjati mill-grazzji ta’ nies foqra. 

Mard jittieħed faċilment nitwikkew bih mingħand ħaddieħor, imma ħadd minna ma jirkupra saħħtu billi sempliċement jagħmilha ma’ nies b’saħħithom. 

Talba: “Akkost li nsofri, Mulej Alla tiegħi, tħallinix inkun skandlu jew tfixkil għal ħaddieħor. Il-konsegwenzi huma gravi; agħar minn hekk, ismek ikun imżeblaħ minflok imsebbaħ. Mexxini konsistentement skont l-istandard tal-vanġelu biex nattira lil nies oħra lejn is-Salvatur. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...