Skip to main content

Il-misterju tal-Providenza

“Fih għandna l-fidwa permezz ta’ demmu, il-maħfra tad-dnubiet, skont l-għana tal-grazzja tiegħu li fawwar ġenerożament fuqna. B’kull għerf u fehma għarrfilna l-misterju tal-volontà tiegħu skont l-għoġba tiegħu, li intenzjona fi Kristu, għall-amministrazzjoni adatta għall-milja taż-żminijiet, ċoè, li jiġbor kollox flimkien fi Kristu, il-ħwejjeġ fis-smewwiet u l-ħwejjeġ fuq l-art; iva, fih. Fih konna magħmulin werrieta, billi konna ppredestinati skont il-pjan ta’ dak li jopera kollox f’konformità mal-għan tal-volontà tiegħu, ħalli aħna, li ttamajna l-ewwel fi Kristu, inkunu għat-tifħir tal-glorja tiegħu” (Efesin 1:7-12).

Nemmen bla ebda eżitazzjoni li kulma jiġri fid-dinja u lil hinn minnha hu t-twettiq tal-pjan etern t’Alla, li qed iseħħ fin-nisġa taż-żmien, fost l-anġli u l-bnedmin. Il-konċett hu magħruf teoloġikament bħala l-providenza divina. Għalkemm il-kelma nfisha, ‘providenza,’ ma niltaqgħux magħha fl-Iskrittura, frattant tirrappreżenta dottrina tabilħaqq skritturali. Insibu espressjonijiet ad hoc bħal, “hu jagħti l-ikel lill-ħlejjaq kollha,” jew, “jibgħat l-għejjun għal ġol-widien,” li jesprimu f’sitwazzjonijiet konkreti l-atti setgħana t’Alla lejn ulied il-bnedmin. 

Ladarba hu fi Kristu li r-relazzjoni t’Alla magħna hi stabbilita, jekk nagħmlu tentattiv nifhmu l-providenza apparti mill-Iben, il-Medjatur, ikollna biss rappreżentazzjoni żbaljata mill-bidu. Fi Kristu Ġesù, Alla waqqaf ir-relazzjoni bejnu u l-ħlejqa. Wiegħed li jwettaq l-għan tiegħu fil-ħolqien sal-konklużjoni trijonfanti, meta “jerġa’ jiġi biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin; u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmien.” Ir-relazzjoni primittiva m’Adam, imġedda ma’ Noè, mhi xejn inqas in Christo mill-patt ma’ Abram jew Mosè. Il-Bejjien jew il-Medjatur, il-Kelma inkarnata, jistabbilixxi din ir-relazzjoni, u fih Alla jsir Alla ta’ Abram, Iżakk, u Ġakobb. Isir Alla ta’ Sidrak, Mesek u Abednegu; u huma jsiru l-poplu tiegħu. 

Il-kreazzjoni hu “l-palk” li fuqu huma maħduma t-trattamenti t’Alla mal-umanità. Il-providenza hi l-operazzjoni grazzjuża li biha Alla jesegwixxi l-pjan etern fi Kristu, li tirriżulta fir-relazzjonijiet tiegħu mal-bniedem. Mill-punt di vista bibliku, il-ġrajja dinjija u l-għomor personali tagħna jippossiedu sinifikat biss fid-dawl tal-inkarnazzjoni. L-istorja skwallida ta’ konkupixxenza fit-trattamenti ta’ Ġuda ma’ Tamar issib postha fil-ġenealoġija tal-Messija; u Ċesru Awgustu kiseb it-tron ta’ Ruma minħabba t-tarbija mhix magħrufa mqiegħda f’maxtura f’Betlehem! 

Talba: “Tabilħaqq, o Mulej, kif għarraftna, hekk qed tagħmel. Int topera kollox f’konformità mal-għan tal-volontà tiegħek stess, u m’hemm ħadd li kapaċi jipprotesta u wisq inqas jirreżistik. Id-dominju tiegħek hu minn ġenerazzjoni għall-oħra. Aħna nfaħħruk u nberkuk għat-treġija għarfa u setgħana tiegħek. Aħbina fik; kun int it-torri tas-sigurtà tagħna, fi Kristu Ibnek. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Għajnejja

“Lejk nerfa’ għajnejja, o int li tgħammar fis-smewwiet. Ara, bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn id sidhom, u bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn sidtha, hekk għajnejna jħarsu lejn il-Mulej, Alla tagħna, sakemm ikollu ħniena minna. Ħenn għalina, o Mulej, ħenn għalina, għax aħna mxebbgħin għall-aħħar bit-tgħajjir. Ruħna mxebbgħa żżejjed biż-żebliħ ta’ dawk li huma paxxuti, u bit-tgħajjir tal-imkabbrin” (Salmi 123:1-4).  Huwa adatt li aħna nitolbu għar-rilif mill-istmellija. Sakemm għandna n-nifs, huwa preġju u żina għalina li nfittxu ’l Alla għall-għajnuna u gwida. Evidentement das-salm huwa t-tnegħida ta’ wieħed (ma’ fidili sħabu oħrajn) li jinsab fl-arena, f’sitwazzjoni iebsa, imkeskes minn nies ħżiena u mgħobbi bl-istmellija u d-disgust tagħhom.  Imma Alla, li jippermetti d-dwejjaq jinvistana biex sikwit jgħammar magħna, jista’ jneħħih, isostnina taħtu jew jislet il-ġid minnu. Kif jista’ Alla jwarrab talb bħal dan, kif imlissen hawn? Alla kapaċi u difatti ...

Id-Drawwa

“Ġesù rritorna fis-setgħa tal-Ispirtu fil-Galilija, u r-rapport dwaru infirex mal-inħawi kollha. Hu għallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd. Mar f’Nażaret, fejn trabba, u skont id-drawwa tiegħu mar fis-sinagoga f’jum is-Sibt. U qam biex jaqra Tnewwillu l-iskroll tal-profeta Isaija. Fetaħ l-iskroll u sab il-post fejn kien hemm miktub: ‘L-Ispirtu tas-Sid fuqi għax unzjonani ħalli nxandar l-evanġelju lill-foqra. Bagħatni nipproklama l-liberazzjoni lill-ikkaptivati, u dawl mill-ġdid lill-għomja, nibgħat illiberati lill-oppressati, nipproklama s-sena favorevoli tas-Sid.’ Imbagħad gerbeb l-iskroll, raddu lill-attendent u ntnasab bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu ssommati fuqu, u beda billi qalilhom, “Illum twettqet din l-Iskrittura li għadkom kemm smajtu’” (Luqa 4:14-21).  Hu sinifikanti ħafna kif hawn jingħad illi Ġesù attenda l-qima fis-sinagoga “skont id-drawwa tiegħu.”  Id-drawwa, imħaddma tajjeb u bil-għaqal, fiha valur imprezzabbli. Issiril...