Skip to main content

Ġenituri u Wlied

“Tfal, obdu lill-ġenituri tagħkom fis-Sid, għax dan hu sewwa. ‘Onora ’l missierek u ’l ommok’ – li hu l-ewwel kmandament b’wegħda – ‘sabiex jaħbatlek tajjeb u jtul għomrok fuq l-art.’ Missirijiet, teżasperawx it-tfal tagħkom; minflok, rabbuhom fid-dixxiplina u l-istruzzjoni tas-Sid” (Efesin 6:1-4).

Jekk il-ġenituri jridu jaraw lil uliedhom imbierka fil-knisja u fl-iskola, ħa joqogħdu b’seba’ għajnejn biex ma jagħtuhomx eżempji mħassra d-dar bi kwalunkwe komportament traskurat jew profan. Altrimenti, il-ġenituri jagħmlulhom aktar ħsara d-dar milli kemm il-pastor kif ukoll is-surmast jistgħu jagħmlulhom fl-isfera tagħhom. Għax l-eżempju korrott ta’ dawn jikkontradixxi u jinnega l-istruzzjoni tajba ta’ dawk. L-influwenza ħażina tal-ġenituri hi aktar perikoluża peress li huma armati min-natura biex jiġbdu l-affezzjonijiet ta’ wliedhom fuq in-naħa tagħhom. 

L-għożża hi mandatorja, iżda l-fsied żejjed jista’ jkun detrimentali. It-tfal taħt is-saqaf tagħna qed ikunu trenjati għall-ħajja. Jekk inħajmuhom, inkunu qed noqtlulhom ir-ruħ filwaqt li nikkonċentraw l-isforzi tagħna fuq il-ġisem. L-istruzzjoni u t-twiddib huma essenzjali, u għandhom jingħataw regolarment u b’impenn. Kwalunkwe dixxiplina messha tingħta b’sens ta’ konsistenta kif ukoll kunsens bejn il-missier u l-omm. Jekk it-tfal jintelqu għal rashom, isiru kuntraljużi. Meta mbagħad tipprova tinklina r-rieda tagħhom lejn is-sewwa, b’xejn ma ċċaqlaqha mingħajr ma tkissirha. Mela “ttrenja tifel fit-triq li għandu jmur, u meta jikber ma jwarrabx minnha” (Proverbji 22:6).

Talba: “Fir-relazzjonijiet fil-familji tagħna, o Mulej, kemm neħtieġu l-preżenza tiegħek biex tfarraġna! Kemm neħtieġu l-għerf minn fuq biex nimplimentaw l-istruzzjonijiet tajba tiegħek. Tħalliniex nimpressjonaw ruħna bit-tagħlim mondan; iftħilna widnejna u qalbna għat-tagħlim tiegħek, permezz ta’ Ibnek. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...