Skip to main content

Dawl u Vista

“‘Għall-ġudizzju jien ġejt f’did-dinja,’ qal Ġesù, ‘sabiex dawk li ma jarawx jaraw, u dawk li jaraw isiru għomjin.’ Xi wħud mill-Fariżej li kienu miegħu semgħu dan u staqsewh, ‘Xiex? Jaqaw aħna wkoll għomjin?’ Ġesù qalilhom, ‘Kieku kontu għomjin, ma kienx ikollkom dnub; imma ladarba issa tikklejmjaw, “Aħna naraw,” dnubkom jibqa’” (Ġwanni 9:39-41).

Kull meta ninġabru flimkien biex inlaqqtu xi verità pertinenti għalina mill-Iskrittura, bix-xieraq inkun persważ li l-katekeżi, l-ippritkar u kwalunkwe tagħlim qatt mhu suffiċjenti fih innifsu, avolja jista’ jkun ortodoss. It-tagħlim iressaq id-dawl, imma mhuwiex kompitu tiegħu jagħti l-vista. Il-mexxejja reliġjużi Lhud iċċassaw lejn id-Dawl tad-dinja karina sħiħa. Flok raw, sfaw ikkonfermati fl-għama tagħhom. Xokkanti l-ħsieb. “Kieku kontu għomjin, ma kienx ikollkom dnub; imma ladarba issa tikklejmjaw, ‘Aħna naraw,’ dnubkom jibqa’,” kien il-verdett finali fuqhom.

Dawl u vista mhumiex sinonimi; għalkemm għandna x’nambuhom it-tnejn, jekk inħalltuhom flimkien nagħmlu dan għad-dannu tagħna. Id-dawl ċertament hemm postu, imma l-operazzjoni misterjuza u ineffabbli tal-Ispirtu tal-ħajja hija indispensabbli biex wieħed idur. L-evanġelju hu dawl, anzi, unikament dawl għar-ruħ fil-kantina, imma l-Ispirtu biss jagħti l-vista. 

Talba: “Ejja, Spirtu s-Santu! Żurna mill-ġdid! Għaliex ikkawżajtna illi niżvijjaw minn triqatek, u webbist qalbna biex ma nibżgħux minnek? Erġa’ ejja minħabba l-qaddejja tiegħek. Illuminana u qawwina biex insiru nixbhu lill-Imgħallem tagħna, li sejħilna għas-saltna u l-glorja eterna tiegħu.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

O Alla, Inqimek u Nadurak

“Għaldaqstant, neħħu kull ħmieġ morali u ħażen tant prevalenti, u bil-manswetudini ilqgħu l-kelma mħawla fikom, li kapaċi ssalva erwieħkom. Imma siru għammiela tal-kelma, u mhux sempliċement semmiegħa, altrimenti tilludu lilkom infuskom. Għax jekk xi ħadd hu semmiegħ tal-kelma u mhux għammiel, dan donnu raġel li jikkonsidra l-wiċċ naturali tiegħu f’mera: appena ħares lejh innifsu, telaq, u malajr nesa liema speċi ta’ persuna kien. Imma min jittawwal b’attenzjoni fil-liġi perfetta, il-liġi tal-libertà, u jkompli fiha, mhux isir semmiegħ li jinsa iżda jpoġġiha fil-prattika, dan se jkun imbierek f’għemilu” (Ġakbu 1:21-25). Prijorità numru wieħed: nitgħallem insir qejjiem. “Adoro Te.” Hi ċentrali, u kollox suppost jirrivolvi magħha, bħalma l-pjaneti jduru max-xemx. Attwalment mhuwiex hekk. Għad hemm x’wieħed jaqdef. Sakemm nibqgħu naduraw xogħolna b’tant impenn, u naħdmu b’tant serjetà fil-logħob tagħna, il-probabbiltà tkun li nibqgħu nilagħbu fil-qima tagħna. Frattant Alla Tr...