Skip to main content

Mibegħda u Mħabba

“Maħbubin, m’inix niktbilkom kmandament ġdid, anzi, hu kmandament qadim li kellkom mill-bidu. Il-kmandament il-qadim hu l-messaġġ li smajtu. Frattant qed niktbilkom kmandament ġdid, li hu veru fih u fikom, għax id-dalma tinsab għaddejja u d-dawl il-veru diġà qiegħed jiddi. Min jikklejmja li hu fid-dawl imma jobgħod lil ħuh għadu fid-dalma s’issa. Min iħobb lil ħuh jgħammar fid-dawl, u m’hemm ebda kawża t’offiża fih. Imma min jobgħod lil ħuh jinsab fid-dalma u jimxi fid-dalma; ma jafx fejn sejjer, għax id-dalma għamietlu għajnejh” (1 Ġwanni 2:7-11).

Il-mibegħda, bil-biża’ u d-diżgust li jakkumpanjawha, b’tendenza li ttawwal l-espressjoni tagħha nfisha, ġiet deskritta bħala l-ġenn tal-qalb. Bil-mibegħda nikkastigaw lilna nfusna. 

Bil-mibegħda nifhmu l-qagħda ta’ rieda ħażina u avversjoni lejn l-oġġett tal-mibegħda, biża’ jew għadab mar-resqa tiegħu, ferħ meta jisfa mweġġa’, u korla meta jirċievi favur. “Għesaw bagħad lil Ġakobb, minħabba l-barka li bierku biha missieru.” Did-dispożizzjoni, diġà mħassra, tippjana ħwejjeġ wisq agħar. Ir-rakkont ikompli immedjatament: “U Għesaw qal f’qalbu: ‘Qrib hu jum mewt missieri; imbagħad noqtol lil ħija Ġakobb.” 

Il-mibegħda hi l-kuntrarju tal-imħabba. Tista’ tkun bejn persuna u oħra, fenomenu komuni; imma tintuża wkoll għal Alla li għandu avversità persistenti lejn kwalunkwe ħażen: “Hemm sitt ħwejjeġ li jobgħod il-Mulej: iva, sebgħa huma mistkerrhin minnu: għajnejn imkabbra, ilsien giddieb, u jdejn li jxerrdu demm bla ħtija, qalb tberren ħsibjiet ħżiena, riġlejn ħfief biex jagħmlu l-ħsara, xhud qarrieq, li jgħid il-gideb, u min bejn l-aħwa jqajjem il-ġlied.” 

B’mod simili, għalkemm mhux assolutament, il-ġusti wkoll jobogħdu l-ħażen. Mill-banda l-oħra, il-perversi jobogħdu d-dawl, ossija kull ħaġa li għandha fuqha l-barka divina. Il-mibegħda hi ttimbrata bħala attività u dispożizzjoni karnali, prodott tal-bniedem imwaqqa’ fid-dnub. 

Il-perikli tagħha huma vasti daqs id-deżert, u taf tkun agħar minn delitt. Hi ġlata qerrieda fuq l-uċuħ, u oħtha l-ġelożija tkompli teqred il-ftit li tħalli hi. Il-ħjiena, imsieħba mal-mibegħda, dejjem issir bersall lejn xiex tispara, u dejjem għandha skuża biex tillitika. Il-gwaj hu hawn, illi aktar ma tkun għadwa antika inqas tgħejja, għax l-avversità teħel mal-kustilji u ssemmem kollox. Qisha hi fin-natura tagħna illi nobogħdu lil dawk li nkunu weġġejna, probabbilment għax jibqgħu quddiemna mafkar permanenti tal-bluha tagħna. 

Talba: “Mulej, kull meta nippreferu d-dlam naqgħu f’xibka; il-biża’ jdur magħna. Iżda f’imħabbtek m’hemmx biża’. Imħabbtek perfetta tgħallimna nixħtu kull biża’ ’l barra. Kompli ħarriġna fil-mogħdija tal-imħabba, għax l-imħabba ġejja mingħandek u min iħobb jagħti prova li hu mwieled mill-Ispirtu tiegħek. Grazzi talli poġġejtna fil-mogħdija tal-ħajja. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...