Skip to main content

Id-Dinja Li Ġejja

“Dan irrid infisser, l-aħwa: iż-żmien hu mqassar, sabiex għal li ġej dawk li għandhom in-nisa jgħixu bħallikieku m’għandhomx; dawk li jibku bħallikieku ma jibkux; dawk li jifirħu bħallikieku ma jifirħux; dawk li jixtru bħallikieku ma jippossedux; dawk li jużaw id-dinja bħallikieku ma jużawhiex għalkollox. Għax il-forma ta’ did-dinja preżenti qed tgħaddi ’l hemm” (1 Korintin 7:29-31).

Hemm is-saltna ta’ din l-art u s-saltna tas-sema. L-Imgħallem spjegalna illi s-segwaċi tiegħu, għalkemm jinsabu fid-dinja, ma jappartenux għad-dinja (Ġwanni 15:18-19). Aħna nies magħmulin mit-trab tal-art, iżda s-sejħa u d-destin tagħna mhumiex għal hawn. Is-saltna preżenti hi transitorja; is-saltna ta’ Kristu hi għal dejjem, għax “il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru, u jsaltan għal dejjem fuq id-dar ta’ Ġakobb, u għal saltnatu ma jkunx hemm tmiem” (Luqa 1:32-33).

Mela jekk id-dinja preżenti ttellifna milli naraw u napprezzaw “id-dinja li ġejja,” inkunu tabilħaqq qed nagħmu lilna nfusna. Il-Puritani kienu stretti fit-trattamenti tagħhom mad-dinja. Il-ħajja preżenti stmawha bħala preparazzjoni għall-ħajja futura fl-eternità, u allura kellhom il-vista tagħhom iffokata fuq l-etern, biex fiż-żmien ħajjithom jgħixuha fil-massimu tagħha. 

Arthur Dent, wieħed minnhom, fil-potenzjal tad-dinja preżenti għall-ħażen, iddeskriva d-dinja hekk, bil-ġibdiet u l-leblibiet tagħha: “Hi baħar ta’ ħġieġ, purċissjoni ta’ għaxqiet banali, teatru ta’ varjetà, labirint ta’ errur, dagħbien ta’ għali, maqjel ta’ ħmieġ, wied ta’ miżerja, stat ta’ ingann, gaġġa mimlija kokki, għorna ta’ skorpjuni, xagħri ta’ lpup, territorja ta’ orsijiet, belliegħa ta’ passjonijiet, kummiedja taparsi, ġenn detestabbli.”

Preferew il-grazzja qabel il-ġid, u d-dehen qabel id-dinja. B’atteġġjament bħal dan, ma ħallew xejn milli jfixkilhom mill-mogħdija evanġelika. 

Talba: “Missierna smewwieti, għomorna bħal dell, bħal sahra billejl; malajr jgħaddi u ma ninstabux iktar. Biss int iddepożitajt fi qlubna l-ħsieb tal-eternità. Tħalliniex mela nintrabtu ma’ ħwejjeġ għaddiena, għax int għamiltna għalik innifsek u qalbna ma tistrieħx qabel ma tistrieħ fik. Nitolbuk dan fuq il-merti ta’ Ibnek waħdu.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...