Skip to main content

Maħfra Sovrana

“Hekk jgħid il-Mulej, ‘Ħa ma jiftaħarx l-għaref b’għerfu, ħa ma jiftaħarx il-qawwi bil-qawwa tiegħu, ħa ma jiftaħarx l-għani bl-għana tiegħu. Iżda min jiftaħar ħa jiftaħar b’dan, li għandu d-dehen biex jagħrafni, li jien il-Mulej li nagħmel it-tjieba, il-ġustizzja u s-sewwa fl-art, għax b’dawn il-ħwejjeġ nitgħaxxaq,’ jgħid il-Mulej” (Ġeremija 9:23-24).

Kemm hu xieraq u profitabbli nimmeditaw fuq Missierna. Għaliex Alla jissaportu tant fit-tul, jistenna l-midinbin jerġgħu lura għandu? Sikwit jistenniehom mhux ix-xhur, iżda s-snin, u jissokta jsus warajhom u jwasslilhom Kelmet il-ħajja. Jadotta dil-linja sabiex ikun grazzjuż filli jaħfrilhom, għax f’dan l-att jitgħaxxaq. 

Is-slaten ġie li jaħfru tradituri biex jogħġbu l-ministri tagħhom aktar milli lilhom infushom, altrimenti qatt ma jaġixxu hekk. Iżda l-Mulej jidfen dnubietna fl-ifnad baħar, jixħithom wara dahru, jinsiehom, prinċipalment biex jgħaxxaq u jhenni lill-qalb beninna tiegħu. Għaldaqstant il-missjoni li fuqha ntbagħat Kristu – li mhi xejn ħlief biex jirrikonċilja nies vili u xewwiexa mal-Ħallieq tagħhom – hu msejħa l-pjaċir jew l-għoġba tas-Sid. 

Impossibbli li Alla jirrofta xi midneb povru u penitenti, sempliċement minħabba l-enormità tad-dnubiet kommessi minnu. Bil-fidi nirraġunaw illi ladarba tana lil Kristu, miegħu jagħtina b’xejn il-ħwejjeġ kollha. Meta jwiegħed il-kanċellazzjoni sħiħa tal-kont tad-dejn lill-midinbin miżerabbli, l-iskop tiegħu hu l-eżaltazzjoni ta’ ħnientu. Jagħder u jissokta jagħder. Kieku tmiem ħniena waħda ma tkebbisx ħniena oħra minnufih, ninsabu rrovinati. O kemm hu biljun darba preferibbli jitħassrek Alla milli n-nies jgħiru għalik!

F’kollox tidher is-sapjenza divina, mifruxa tul il-ħolqien fil-varjetà virtwalment illimitabbli tal-ħwejjeġ li sawwar għall-ammirazzjoni tagħna. Iżda għerfu hu esibit speċjalment f’dan: illi dnubiet il-bnedmin imexxu ’l quddiem ħidmietu, imma b’tali mod u manjiera illi ma jċappasx idu bid-dnub. 

Talba: “Tippermetti d-dnub, o Sid sovran, bla ma tapprovah b’xi mod; anzi, eventwalment dejjem u bla eċċezzjoni tikkastigah ġustament. Għandek id fl-azzjoni li fiha hemm id-dnub, imma mhux fid-dnub tal-azzjoni. Hekk aħna nqimuk għax xejn mhu lil hinn mill-kontroll tiegħek. Agħmel illi aħna nfusna, qaddejja tiegħek, dejjem nimxu skont ir-rieda rivelata tiegħek. F’ġieħ Kristu Ibnek. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...