Skip to main content

Skużi!

“Tissupponi dan, o bniedem – li tiġġudika ’l dawk li jipprattikaw ħwejjeġ bħal dawn, u frattant tagħmilhom int innifsek – illi int se tiskappa l-ġudizzju t’Alla? Jew tiddisprezza l-għana tal-beninnità, it-tolleranza u l-paċenzja tiegħu, bla ma tirrealizza illi l-beninnità t’Alla hi maħsuba biex tmexxik lejn l-indiema? Imma minħabba l-ebusija tiegħek u l-qalb bla ndiema qed taħżen ir-rabja għalik innifsek f’jum ir-rabja meta l-ġudizzju ġust t’Alla jkun rivelat” (Rumani 2:3-5).

Tisma’ min jipprotesta, “Jekk nirrikorri għand Kristu jkolli nċedi l-gost u l-pjaċir, ma nkunx nista’ nagħmel skoss affarijiet...” Veru! Imma għandek stampa mgħawġa ta’ Kristu. Trid iċċedi kollox, u trid tgħodd in-nefqa; imma kemm jaqbillek! Alla jiddomanda biss li titlaq il-ħwejjeġ ta’ ħsara, mhux il-ġid veru. Alla diġà ta l-aħjar u l-aqwa tiegħu – ma’ Ibnu jagħtina b’xejn benefiċċji u għotjiet oħra.

Kulma ċċedi – il-pjaċiri transitorji tad-dnub u kwalunkwe vizzji – mhuma xejn imqabbla mal-kisba infinita: il-maħfra, il-ġustifikazzjoni, il-ħajja eterna. Iċċedi l-landa biex tottieni d-deheb; iċċedi l-ġojjelli tal-pasta biex tfur bir-rubini, perli u djamanti. Titlaq id-dnub qattiel biex tikseb il-ħajja. Kull min prova t-transazzjoni ħareġ sodisfatt għall-aħħar. Din mela skuża banali: kulma ċċedi int mhu xejn għal ħdejn x’kellu jċedi Kristu għall-imsejħin u l-maħbubin tiegħu.

Skuża oħra hi din: “Jien tajjeb! M’inix perfett, imma qatt m’għamilt deni lil ħadd. Ma nobgħodx; aħjar minn ħaddieħor. Naħseb Alla jaċċettani għat-tajjeb li nkun għamilt.” X’assurdità! Jista’ jkun aktar edukat u ċivili u morali minn prostituta jew wieħed li jmexxi d-droga jew ħalliel jew sakranazz, imma meta titkejjel mal-kmandament il-kbir, tinstab nieqes. Żammejtu? Il-ħin kollu? Bla falliment? Sinċerament? Bi skop li jonora ’l Alla? 

Hemm min juża kawtiela oħra. “Jien ħażin wisq biex immur għand Kristu! Ma jaċċettanix!” Possibbli? Min huwa int biex tiddeċiedi għal Kristu? Jaqaw provajt tmur għandu u ħriġt diżappuntat?

“Nibża’ li nittrakka f’xi knisja żballjata, f’xi setta!” jgħid l-ieħor. Jeżistu ħafna denominazzjonijiet, veru; m’aħniex nieqsa mill-firdiet u l-konfużjoni. Kif se nagħżel? Alla mhux qed jistiednek taċċetta xi organizzazzjoni, imma lil Ibnu. Ir-Ragħaj it-Tajjeb kapaċi jiggwidak biex tissieħeb mal-merħla tiegħu; u jagħtik il-kapaċità tisma’ leħnu.

Talba: “Għandna ħabta niżvijjaw, Sinjur Alla, u ninsew il-patt tiegħek magħna. Aħfrilna u sejħilna lura fi ħdanek, biex nonorawk u nħossu l-għożża tiegħek. Li nkunu nafuk hu aħjar mill-għana tad-deheb u l-fidda. Kisser kull argument; xejjen l-iskużi tagħna. Kebbsilna qlubna b’imħabbtek, f’ġieħ Ibnek Ġesù.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...