Skip to main content

Ħajjin Għal Alla

“Għax jekk demm il-bdabat u l-barrin u l-rmied t’erħa li jraxxax lil dawk imniġġsin ċeremonjalment, iqaddes għall-purità esterna, kemm iżjed id-demm ta’ Kristu, li permezz tal-Ispirtu etern offra lilu nnifsu bla difett ’l Alla, jippurifika l-kuxjenza tagħna minn atti mejtin ħalli naqdu ’l Alla l-ħaj! Minħabba f’hekk Kristu hu l-medjatur ta’ patt ġdid, ħalli l-imsejħin jirċievu l-wirt etern imwiegħed – peress li ġrat il-mewt għall-fidwa mit-trasgressjonijiet kommessi taħt l-ewwel patt” (Ebrej 9:13-15).

L-għemejjel kollha tagħna qabel ma ndimna kienu għemejjel mejta, bla ġmiel veru fihom. Jistgħu jimpressjonaw lis-soċjetà, iżda impossibbli jkunu aċċettabbli quddiem Alla. Fl-għajn naturali jirbħu anke krettu, iżda Alla ma jixxaħħamx bl-għotjiet esterni meta l-qalb għadha avversiva lejh. Agħti l-karità tiegħek lill-foqra, il-parir tiegħek lis-sempliċi, wirtek lil uliedek, il-ħaraġ lil Ċesri, iżda qalbek lil Alla. Jekk għadek ma tajthilux, tippretendi li se jilqa’ s-sagrifiċċju miżeru tiegħek?

Ġisem mejjet jista’ jkollu l-fattizzi u s-sbuħija bħal ġisem ħaj, imma xorta waħda tibqa’ s-sbuħija ta’ katavru. Ladarba l-bniedem hu spiritwalment mejjet mingħajr Kristu, ma jistax joffri servizz ħaj. Mewt naturali tinkapaċitana minn azzjonijiet naturali; mewt spiritwali tinkapaċitana minn azzjonijiet spiritwali. 

Għal dawk fl-għaqda ma’ Ġesù, li mietu miegħu u rxoxtaw miegħu għat-tiġdid ta’ ħajjithom, l-opri huma importantissmi, għax fidi għarwiena mhi fidi xejn. Ir-reliġjon tagħna nistgħu nirreduċuha mhux biss għal x’nemmu, il-credenda, iżda wkoll x’nagħmlu, l-agenda. Frattant ma jistax ikun hemm frott qabel ma jkun hemm siġra; ma jistax ikun hemm tajjeb qabel ma l-persuna tkun l-ewwel ġusta u tajba. 

Talba: “O Missier smewwieti, int għoġbok tiġġustifikana bil-grazzja tiegħek sabiex insiru werrieta skont it-tama tal-ħajja eterna. Fakkarna kontinwament il-pożizzjoni tagħna quddiemek, sabiex, mimlijin b’qima u radd il-ħajr, nieħdu ħsieb ningaġġaw fl-opri t-tajba, tant siewja għall-proxxmu u ta’ sebħ u glorja għalik.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...