Skip to main content

Il-Qalb

“Ewwilla ma tifhmux illi kulma jidħol fil-ħalq imur fl-istonku u mbagħad jinxteħet ’il barra fil-latrina? Imma l-ħwejjeġ li jipproċiedu mill-ħalq joħorġu mill-qalb, u dawk iniġġsu l-bniedem. Għax mill-qalb joħorġu l-ħsibijiet ħżiena, l-omiċidji, l-adulterji, il-fornikazzjonijiet, il-ħelliet, it-testimonjanzi foloz u l-kalunnji. Dawn huma l-ħwejjeġ li jniġġsu l-bniedem; imma li tiekol b’idejn mhux maħsulin ma jniġġisx lill-bniedem” (Mattew 15:17-20).

Il-fidi tagħna, kif gwidata mill-Iskritturi, mhi offruta ebda psikoloġija sistematizzata jew xjentifika tal-qalb. Bħala bnedmin m’aħniex ġisem u ruħ, imma entità ħajja ta’ qawwa vitali, organiżmu psikofiżiku. Indubjament, aħna influwenzati esternament – mix-xitan u spirti mniġġsa, jew inkella mill-Ispirtu s-Santu. Fil-psikoloġija moderna l-enfasi tinsab fuq fatturi dinamiċi li joperaw internament, għalkemm interess ġdid huwa evokat minn studji ta’ forzi ambjentali bħala fatturi li jinfluwenzaw il-komportament uman. 

F’sens ġenerali, ‘il-qalb’ kif użata fit-Testment il-Qadim tfisser il-parti moħbija jew l-aktar ġewwinija ta’ kwalunkwe ħaġa. Għaldaqstant, naqraw litteralment dwar il-qalb tal-baħar, il-qalb tas-smewwiet u l-qalb tal-arka. Sikwit hi wżata f’sens psikoloġiku, bħala ċ-ċentru jew fokus tal-ħajja personali u interna tal-bniedem. Hi s-sors, jew l-għajn, tal-motivi, il-maqgħad tal-passjonijiet, iċ-ċentru tal-proċessi tal-ħsieb, u l-kwartieri tal-kuxjenza. Hi assoċjata ma’ dawk li llum niddeskrivuhom bħala l-elementi konjittivi, affettivi u volizzjonali tal-ħajja personali. 

Il-qalb hi l-maqgħad tas-sapjenza, tal-afdar jew konfidenza, tal-diliġenza, tal-perversità u l-immaġinazzjonijiet ħżiena, tal-leblieba, tas-sottilità, il-fehma, l-ingann, il-bluha, il-qrusa u l-għali, tal-feliċità u l-ferħ, it-tagħrif, il-kburija u l-arroganza, tal-prudenza kif ukoll tal-ġelożija. 

Talba: “Sidna Ġesù, int sħaqt fuq l-importanza illi qalbna tkun fi stat tajjeb. Aċċertajtna illi biss is-safja f’qalbhom għad jaraw lill-Missier. Urejtna kif id-dnub hu kommess l-ewwel fil-qalb, imbagħad fl-att. Esiġejt illi l-maħfra tagħna lil xulxin trid tkun mill-qalb, kif ukoll imħabbitna tkun bla wiri ta’ ħaġa b’oħra. Agħmel, o Mulej, illi din kelmtek, miżrugħa fi qlubna, tnibbet hemmhekk biex ukoll tipproduċi frott kotran.”


Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

O Alla, Inqimek u Nadurak

“Għaldaqstant, neħħu kull ħmieġ morali u ħażen tant prevalenti, u bil-manswetudini ilqgħu l-kelma mħawla fikom, li kapaċi ssalva erwieħkom. Imma siru għammiela tal-kelma, u mhux sempliċement semmiegħa, altrimenti tilludu lilkom infuskom. Għax jekk xi ħadd hu semmiegħ tal-kelma u mhux għammiel, dan donnu raġel li jikkonsidra l-wiċċ naturali tiegħu f’mera: appena ħares lejh innifsu, telaq, u malajr nesa liema speċi ta’ persuna kien. Imma min jittawwal b’attenzjoni fil-liġi perfetta, il-liġi tal-libertà, u jkompli fiha, mhux isir semmiegħ li jinsa iżda jpoġġiha fil-prattika, dan se jkun imbierek f’għemilu” (Ġakbu 1:21-25). Prijorità numru wieħed: nitgħallem insir qejjiem. “Adoro Te.” Hi ċentrali, u kollox suppost jirrivolvi magħha, bħalma l-pjaneti jduru max-xemx. Attwalment mhuwiex hekk. Għad hemm x’wieħed jaqdef. Sakemm nibqgħu naduraw xogħolna b’tant impenn, u naħdmu b’tant serjetà fil-logħob tagħna, il-probabbiltà tkun li nibqgħu nilagħbu fil-qima tagħna. Frattant Alla Tr...