Skip to main content

Sħab Sewdieni u Sabiħ

“Meta s-sħab ikun mimli xita, iferrgħuha fuq l-art; u jekk taqa’ siġra, lejn Nofsinhar jew lejn it-Tramuntana, fejn taqa’ tibqa’. Min joqgħod għassa tar-riħ ma jiżra’ qatt; u min joqgħod iħares lejn is-sħab, ma jaħsadx. Bħalma ma tafx it-triq tar-riħ u kif isir l-għadam fil-ġuf ta’ mara tqila, hekk int ma tafx għemil Alla li jagħmel kollox” (Ekkleżjażti 11:3-5).

Għaliex, mela, nitkexkxu mis-sħab li bħalissa qed idallam is-sema tagħna? Veru, għal ftit ħin jaħbi x-xemx, iżda b’daqshekk ix-xemx ma tintefiex. Ma jdumx ma terġa’ tiddi. Sadattant dak is-sħab iswed hu mimli xita. Iżjed mhu suwed, iżjed irodd raxxiet kotrana. Kif jista’ jkollna xita mingħajr sħab?

Il-gwaj tagħna dejjem ġabilna barkiet, u jibqa’ jipproduċilna barkiet. Huwa l-karru mudlam tal-grazzja leqqiena. Dan is-sħab jitbattal fi żmien qasir, u kull ħaxixa tar-raba’ tistejqer bl-ilma tiegħu. Alla tagħna jista’ jxarrabna għasra bl-għali, iżda ma jgħarraqniex bl-għadab; anzi, jiffriskana bil-ħniena. 

Aktar ma nirriflettu fuq mogħdijietu aktar nipperswadu ruħna b’liema sapjenza u ħniena jittratta magħna. L-ittri ta’ mħabba mingħand il-Mulej huma mwassla lilna f’enviloppi indurati bl-iswed. Il-karettuni tiegħu jżaqżqu, iżda huma mgħobbija bil-benefiċji tiegħu għalina. Il-ħatar tiegħu jwarrad bi fjuri ħelwa u frott li jmantnina. Ħalli ma ninkwetawx bis-sħab, iżda ngħannu għax il-fjuri mlewna ta’ Mejju jiftħu minħabba s-sħab u x-xita t’April.

Talba: “El Xaddaj, is-serafini u l-kerubini u l-anġli tas-sema għalenija jgħidulek kontinwament, ‘Qaddis, qaddis, qaddis, il-Mulej Alla tal-eżerċti; is-smewwiet u l-art huma mimlija bil-glorja tiegħek.’ Iva, o Alla, is-sħab hu t-torba ta’ riġlejk! Kemm tinsab qrib fil-jum imsaħħab u mudlam! L-imħabba tarak, u tifraħ. It-tama tisma’ bik, u tiżfen bil-ferħ. Bil-fidi nilmħu s-sħab ibattlu lilhom infushom u jagħmlu l-għoljiet ferħana fuq kull naħa. Ħalleluja! Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

O Alla, Inqimek u Nadurak

“Għaldaqstant, neħħu kull ħmieġ morali u ħażen tant prevalenti, u bil-manswetudini ilqgħu l-kelma mħawla fikom, li kapaċi ssalva erwieħkom. Imma siru għammiela tal-kelma, u mhux sempliċement semmiegħa, altrimenti tilludu lilkom infuskom. Għax jekk xi ħadd hu semmiegħ tal-kelma u mhux għammiel, dan donnu raġel li jikkonsidra l-wiċċ naturali tiegħu f’mera: appena ħares lejh innifsu, telaq, u malajr nesa liema speċi ta’ persuna kien. Imma min jittawwal b’attenzjoni fil-liġi perfetta, il-liġi tal-libertà, u jkompli fiha, mhux isir semmiegħ li jinsa iżda jpoġġiha fil-prattika, dan se jkun imbierek f’għemilu” (Ġakbu 1:21-25). Prijorità numru wieħed: nitgħallem insir qejjiem. “Adoro Te.” Hi ċentrali, u kollox suppost jirrivolvi magħha, bħalma l-pjaneti jduru max-xemx. Attwalment mhuwiex hekk. Għad hemm x’wieħed jaqdef. Sakemm nibqgħu naduraw xogħolna b’tant impenn, u naħdmu b’tant serjetà fil-logħob tagħna, il-probabbiltà tkun li nibqgħu nilagħbu fil-qima tagħna. Frattant Alla Tr...