Skip to main content

Minnu, Bih u Għalih

“O, il-fond tal-għana kemm tal-għerf kif ukoll tat-tagħrif t’Alla! Kemm huma inskrutabbli l-ġudizzji tiegħu u intraċċabbli triqatu! Għax ‘Min kien jaf moħħ is-Sid? Jew min sar kunsulier tiegħu?’ Jew ‘Min qatt tah minn qabel biex ikun irrikompensat lilu?’ Għax minnu u permezz tiegħu u għalih huma l-ħwejjeġ kollha. Lilu l-glorja għal dejjem! Ammen” (Rumani 11:33-36).

Is-sentenza l-aktar profonda li nsib fl-Iskrittura kollha indubjament hi din: “Minnu, bih u għalih, huma l-ħwejjeġ kollha. Lilu tingħata glorja għal dejjem.” F’nifs wieħed għandek il-medda infinita tal-għan divin. 

Jekk neħduha kontra dir-rieda, li infallibbilment isseħħ, inġibu diżastru fuqna nfusna. Kemm jaqblilna tabilħaqq ikunu sottomessi għall-volontà tiegħu, dipendenti fuq is-Sultan, misjuba miexja fil-mogħdija mfassla għalina, mimlija bl-Ispirtu li jgħajjex u jippriżerva, sensibbli dejjem għan-namur ta’ mħabbtu. 

Kemm messna nkunu mbellha bid-differenza bejn x’nirċievu u x’ħaqqna, bejn l-istat li fih ninsab preżentement u l-qagħda li fiha kont bla Kristu u allura bla tama, frustier għall-patt u nieqes miċ-ċittadinanza smewwitija. X’differenza radikali! Meta ħaqqni l-Infern, ingħatajt il-Ġenna b’xejn. Meta kont mejjet, ingħatajt il-ħajja.

Min ikkawża li nkun differenti, jekk mhux Alla li jrieġi kollox u jaħkem fuq kulħadd, li jniżżel lis-setgħanin mit-tron tagħhom u jgħolli minflokhom lil dawk stmati bħala xejn? Ma stajtx inħobbu jekk ma tefagħnix hu stess fl-għargħar ta’ mħabbtu. Dik l-imħabba tkompli tressaqni lejh, tqarribni, toftomni mid-dnub, timmortifika fija x-xehwiet u l-leblibiet mondani. Tagħmilni lest għall-partenza tiegħi biex niltaqa’ ma’ Sidi wiċċ imb wiċċ.

Talba: “Inroddlok ħajr b’qalbi kollha; nagħti qima quddiemek. Infaħħar ismek għat-tjieba u l-fedeltà tiegħek, għax int kabbart ismek u kelmtek fuq kollox. Fil-jum li sejjaħtlek weġibtni; kattarli l-qawwa f’ruħi. Hekk nibqa’ ngħanni dwarek u dwar ħidmietek favur tiegħi, għax kbira hi l-glorja tiegħek. Għalkemm tgħammar fil-għoli, tħares lejn min hu umli. Ħa nkun umli quddiemek, Sid sovran; twarrabnix mill-preżenza tiegħek. Ilqagħna f’isem Kristu Ibnek!”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

O Alla, Inqimek u Nadurak

“Għaldaqstant, neħħu kull ħmieġ morali u ħażen tant prevalenti, u bil-manswetudini ilqgħu l-kelma mħawla fikom, li kapaċi ssalva erwieħkom. Imma siru għammiela tal-kelma, u mhux sempliċement semmiegħa, altrimenti tilludu lilkom infuskom. Għax jekk xi ħadd hu semmiegħ tal-kelma u mhux għammiel, dan donnu raġel li jikkonsidra l-wiċċ naturali tiegħu f’mera: appena ħares lejh innifsu, telaq, u malajr nesa liema speċi ta’ persuna kien. Imma min jittawwal b’attenzjoni fil-liġi perfetta, il-liġi tal-libertà, u jkompli fiha, mhux isir semmiegħ li jinsa iżda jpoġġiha fil-prattika, dan se jkun imbierek f’għemilu” (Ġakbu 1:21-25). Prijorità numru wieħed: nitgħallem insir qejjiem. “Adoro Te.” Hi ċentrali, u kollox suppost jirrivolvi magħha, bħalma l-pjaneti jduru max-xemx. Attwalment mhuwiex hekk. Għad hemm x’wieħed jaqdef. Sakemm nibqgħu naduraw xogħolna b’tant impenn, u naħdmu b’tant serjetà fil-logħob tagħna, il-probabbiltà tkun li nibqgħu nilagħbu fil-qima tagħna. Frattant Alla Tr...