Skip to main content

L-Art Hi Tal-Mulej

“L-art tal-Mulej, u kulma fiha; id-dinja, u dawk li jgħammru fiha. Fuq l-ibħra għamel is-sisien tagħha, u fis-sod waqqafha fuq ix-xmajjar. Min jitla’ fuq l-għolja tal-Mulej? Jew min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu? Min għandu jdejh indaf u qalbu safja; min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, u lanqas jaħlef bil-qerq. Bniedem bħal dan ikollu l-barka tal-Mulej, u l-ħaqq minn Alla tas-salvazzjoni tiegħu” (Salmi 24:1-5). 

Ir-rivelazzjoni speċjali tikkonvinċini dwar is-saltna universali, u s-saltna ta’ ġustizzja, sliem u ferħ fl-Ispirtu. Ladarba Alla Trinità ħalaq kollox skont ir-rieda tiegħu, mela d-dinja, dak kollu viżibbli u inviżibbli, huwa tiegħu! La oriġinatur, pussessur! Dal-pilastru tal-verità jeħtieġ jibqa’ bla mittiefes, altrimenti r-reliġjon tagħna tisfa materjalista. Il-Mulej huwa Kreatur, mhux għas-sebħ u l-unur ta’ xi razza partikolari, jew imqar għall-bnedmin, imma għalih innifsu, u sekondarjament għall-ġid u l-barka tagħna.

Distinzjonijiet u privileġġi pekuljari, nazzjonali jew personali, jimponu fuqna obbligi pekuljari. 

Is-sovranità divina hi dottrina prezzjuża u profitabbli: tferraħ il-qalb devota, tumilja r-ruħ, tmantnina f’qima b’timenza. It-titlu proprjetarju t’Alla hu perfett u xieraq, peress li hu msejjes fuq il-kontroll kreattiv u providenzjali tiegħu. Konsegwentement id-dnub hu attentat biex iċaħħad ’l Alla mid-drittijiet tiegħu. Huwa frodi, serq, tostaġni u ribelljoni kontrih. Id-dnub ifixkilna milli nidhru quddiemu. 

Filwaqt li m’hemm xejn fix-xjenza naturali li jikkonverti l-qalb, madankollu, meta l-qalb tkun imġedda mill-Ispirtu s-Santu, issib ħafna raġunijiet għala jmissha tadura ’l Alla fl-għemejjel kollha tiegħu tat-Tramuntana u n-Nofsinhar.

Dawk li jikkontemplaw l-opri t’Alla jqimuh. Sir Isaac Newton ma setax ikun infidil: ra ’l Alla fl-isplendur tas-smewwiet. L-istess Linnaeus: lemħu fix-xagħri bix-xewk, arbuxxelli u ħxejjex oħra. 

Talba: “Agħtina widnejn jisimgħu u għajnejn jaraw, o Mulej. Nixtiequ illi nirreaġixxu dejjem kif jixraq għat-turija tiegħek innifsek, kemm fil-ħolqien kif ukoll fil-Kelma profetika. Id-divinità u l-omnipotenza tiegħek jidhru mifruxa fl-univers; l-imħabba u l-ħniena tiegħek esibejthom fl-inkarnazzjoni, il-mewt u l-irxoxt ta’ Ibnek, il-Garanti u r-Rappreżentant tagħna quddiemek. Grazzi, Missier!”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...