Skip to main content

Il-Wirja t'Alla

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu - kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu - jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża. Għaliex avolja kienu jafu ’l Alla, la gglorifikawh bħala Alla u lanqas irringrazzjawh, iżda friegħu fi ħsibijiethom, u qalbhom bla sens iddalmet” (Rumani 1:18-21).

Jekk ma nassumux l-enti t’Alla, ebda rendikont tollerabbli ma jista’ jingħata għal kwalunkwe ħaġa oħra. L-istess smewwiet u kulma fihom jixhdu l-glorja tas-Suprem; bla ma jitkellmu x-xemx, il-qamar u l-kwiekeb huma elokwenti fit-testimonjanza armonjuża tagħhom. Apparti minn hekk, għandna wkoll testimonjanza permanenti fina; għax jekk fil-bniedem hemm kuxjenza, kollox jindika illi hemm Alla fis-sema. 

L-atej jistgħu jinnegaw kemm iridu, imma xi darba jew oħra jinqabdu fl-inkonsistenzi tagħhom. Jekk, skont huma, m’hemmx Alla, għala ġie li jinvokawh jew anke jikkritikawh fl-avversitajiet tagħhom? Imma jekk hemm, il-għala jiċħduh fil-prosperità tagħhom?

L-irreliġjużi u l-irriverenti sikwit tiġihom tajba f’did-dinja, mentri d-devoti huma misħuqa u kkalpestati huma u miexja fil-mogħdija tal-ġustizzja u l-integrità. B’dax-xenarju quddiemna, nistgħu nkunu mġarrba u niddubitaw x’vantaġġ hemm fil-fidi tagħna fi Kristu. Nistgħu naħsbu illi ċ-ċaħda tagħna nfusna u s-separazzjoni tagħna għal Alla huma ftit aħjar minn taħbit fieragħ. 

Imqar fl-antik, nies twajba waqgħu fin-nasba. Asaf, wieħed minnhom, jilmenta, “Tassew, jien saffejt qalbi għalxejn, u ħsilt idejja fl-innoċenza! Kuljum kont imsawwat, u mċanfar kull filgħodu” (Salmi 73:13-14). Aktar u aktar jinkedd meta jara l-kburin, kif jimxu ’l quddiem, u “għajnejhom ’il barra bis-simna; għandhom aktar milli l-qalb tixtieq” (Salmi 73:7). Allura x’differenza hemm bejn dawk li jaqdu ’l Alla u dawk li jaħarbuh?

Ir-raġuni karnali kapaċi tasal biex tagħmel inferenza irreliġjuża bħal din. Tassessja l-prosperità esterna – is-saħħa, ir-rikkezzi, u l-bqija – u tikkonkludi li dawn huma prova konkreta tal-favur t’Alla lejn il-bniedem. Noqogħdu attenti: imqar minn hawn isfel, bosta ħżiena xorta waħda jirċievu retribuzzjoni għall-arroganza tagħhom. 

Finalment, il-ħżiena kollha għad ikunu mħallsa skont għemilhom fid-dinja li ġejja. Alla ċertament “irodd lil kull bniedem skont għemilu: lil dawk li bis-sabar ikomplu fl-għemil it-tajjeb ifittxu glorja, u ġieħ, u immortalità, il-ħajja eterna; iżda lil dawk li jmieru, u ma jobdux il-verità, iżda jobdu l-ħażen, qilla, u għadab. Niket u dwejjaq fuq kull ruħ ta’ bniedem li jagħmel il-ħażen…iżda glorja, unur, u sliem lil kull bniedem li jaħdem it-tajjeb, għax Alla ma jurix favoritiżmu” (Rumani 2:6-11).

Xi ftit jew wisq, vag jew fiċ-ċar, kull bniedem jaf fl-intern ta’ qalbu li hekk hu. B’fommu jista’ jinnega; fil-kuxjenza tiegħu jaf li l-istorja hi xort’ oħra. Imqar il-ħżiena u l-irreliġjużi “jafu l-ġudizzju t’Alla, li dawk li jagħmlu dawn il-ħwejjeġ” – dnewwa, rgħiba, malizzja, għira, qtil, tgħajjir, ma jaħfrux, ma jurux ħniena, u t-tali ħwejjeġ – “mhux biss jagħmlu, iżda jieħdu pjaċir b’dawk li jagħmluhom” (Rumani 1:32). L-imġiba tagħhom kontradittorja għat-tagħrif tagħhom. 

Hekk jiġri li min ma jemminx illi hemm Alla hu aktar vili mid-demonji. Meta tiċħad li hemm Alla tkun waqajt f’tip ta’ ateiżmu li lanqas biss jinstab fl-Infern. 

Talba: “Fil-bidu, o Alla, ħlaqt il-kosmos. Għamilt l-ispazju, mela int apparti mill-ispazju. Għamilt kull materja, allura int ogħla minnha. Għamilt iż-żmien, u allura int etern. Lilek naduraw u nqimu bħala l-oriġinatur ta’ kollox, li tajt bidu għall-univers, int li m’għandikx bidu. Aħna nistqarruk bil-ferħ, għax għemilek hu mifrux madwarna, fuqna u taħtna, quddiemna u warajna.”

Comments

Popular posts from this blog

Id-Drawwa

“Ġesù rritorna fis-setgħa tal-Ispirtu fil-Galilija, u r-rapport dwaru infirex mal-inħawi kollha. Hu għallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd. Mar f’Nażaret, fejn trabba, u skont id-drawwa tiegħu mar fis-sinagoga f’jum is-Sibt. U qam biex jaqra Tnewwillu l-iskroll tal-profeta Isaija. Fetaħ l-iskroll u sab il-post fejn kien hemm miktub: ‘L-Ispirtu tas-Sid fuqi għax unzjonani ħalli nxandar l-evanġelju lill-foqra. Bagħatni nipproklama l-liberazzjoni lill-ikkaptivati, u dawl mill-ġdid lill-għomja, nibgħat illiberati lill-oppressati, nipproklama s-sena favorevoli tas-Sid.’ Imbagħad gerbeb l-iskroll, raddu lill-attendent u ntnasab bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu ssommati fuqu, u beda billi qalilhom, “Illum twettqet din l-Iskrittura li għadkom kemm smajtu’” (Luqa 4:14-21).  Hu sinifikanti ħafna kif hawn jingħad illi Ġesù attenda l-qima fis-sinagoga “skont id-drawwa tiegħu.”  Id-drawwa, imħaddma tajjeb u bil-għaqal, fiha valur imprezzabbli. Issirilna t-tien

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis

Rebbieħa Ma' Kristu

“Madankollu għandi naqra ħwejjeġ kontra tiegħek: għandek hemmhekk nies li jżommu mat-tagħlim ta’ Balgħam, li għallem lil Balak biex jitfa’ ostaklu quddiem ulied Iżrael, ħalli jieklu ikel sagrifikat lill-idoli, u jiffornikaw. Hekk int għandek ukoll lil dawk li bl-istess mod iżommu mat-tagħlim tan-Nikolajtin. Indem mela! Altrimenti se niġi għandek malajr u nikkumbatti kontrihom bix-xabla ta’ fommi. Min għandu widna, ħa jisma’ x’jgħid l-Ispirtu lill-knejjes. Lil min ivinċi nagħtih mill-manna l-moħbija. Nagħtih ukoll ġebla bajda, u fuq il-ġebla isem ġdid miktub li ħadd ma jafu ħlief min jirċeviha” (Rivelazzjoni 2:14-17). Qalb tiegħi, tqanqal biex tippersevera fit-taqbida qaddisa, għax il-premju tar-rebħa hu kbir. Illum nieklu mill-ikel smewwieti li jaqa’ madwar il-kampijiet tagħna, l-ikel li dejjem imantni ’ll-pellegrini fi triqthom lejn il-Kangħan. Iżda hemm merfugħ għalina fi Kristu Ġesù ikel spiritwali wisq ogħla, ikel li għalissa għadu moħbi mill-esperjenza tagħna. Fil-ġarra deh