Skip to main content

Bil-Fidi Nifhmu

“Issa l-fidi hi l-assigurazzjoni tal-ħwejjeġ ittamati, iċ-ċertezza t’affarijiet li ma narawx. B’dil-fidi kienu rrikmandati n-nies fl-antik. Bil-fidi nifhmu li l-univers kien ifformat bil-kelma t’Alla, tant li l-ħaġa li naraw ma saritx minn ħwejjeġ viżibbli. Bil-fidi Abel offra ’l Alla sagrifiċċju aħjar minn Kajjin. Permezz tagħha kien mixhud li hu ġust, billi Alla xehed dwar l-għotjiet tiegħu. U permezz tal-fidi għadu jitkellem, avolja miet” (Ebrej 11:1-4).

Ultimament il-fidi hi l-uniku muftieħ li bih jiftiehem l-univers. L-intellett, il-fehma, il-loġika u r-raġuni għandhom posthom, naturalment, għax huma elementi preparatorji, imma bil-fidi nikkomprendu li d-dinjiet saru bil-Kelma t’Alla, u għalhekk il-viżibbli ma sarx minn ħwejjeġ viżibbli. Bix-xhieda inkonfutabbli tal-Kelma li ħarġet minn fomm Alla diġà għandna kors tajjeb fil-kosmoloġija u l-kosmogonija: Alla waħdu kien preżenti meta ngħata bidu għall-ħolqien. Allura hu waħdu xhud kompetenti biex jgħidilna l-kif u x’fatta dwaru. 

Time Magazine jgħid hekk dwar it-taqliba kurrenti fl-astrofiżika: “L-esperti ma jafux fiċ-ċert x’inhi l-età tal-univers jew kemm hu kbir. Ma jafux il-parti l-kbira minnu minn xiex hu magħmul. Ma jafu f’ebda dettall kif beda jew kif għad jintemm.” 

Ma nkunux preposteri jekk ngħidu li s-sinfikat finali tal-eżistenza umana, u t-tweġibiet għad-domandi li fuqhom il-feliċità tagħna tiddependi ma nistgħux niksbuhom ħlief bil-fidi. L-intellett, ix-xjenza, l-abbiltà purament umana mhijiex wiesa’ biżżejjed biex tabbraċċja tweġibiet bħal dawn. 

Ħafna tagħrif dwar ħwejjeġ divini kif ukoll umani jeludina minħabba nuqqas ta’ fidi. Voltaire hu rrapportat li qal, “Jekk jiġri miraklu fis-suq ta’ Pariġi fil-preżenza ta’ elfejn ruħ, nippreferi ma nemminx lil għajnejja stess milli lill-elfejn ruħ.” Il-fatti waħidhom, irrispettiv ta’ kemm huma preżentati tajjeb, qatt ma jressqu bniedem lejn Kristu. 

Talba: “Iftaħli għajnejja, Mulej omnipotenti, biex kuljum nara l-għeġubijiet u l-meravilji ta’ ħidmet idejk, mifruxa quddiemi kull fejn nixħet ħarsti. Iftaħli widnejja biex nisma’ l-Kelma li ħarġet minn fommok, biex biha ngħix u ninterpreta sewwa r-realtà madwari. F’ġieħ Ibnek nitolbok dan.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...