Skip to main content

F'Għajnejn l-Iblah, Triqtu Tajba

“F’għajnejn l-iblah, triqtu tajba, iżda min jisma’ l-parir għaref. Hemm triq li tidher dritta lil xi ħadd, iżda hemm triqat il-mewt fl-aħħar tagħha. Min jobgħod juri ħaġa b’oħra, u ġewwa fih ibejjet il-qerq. Meta jitkellem bil-ħlewwa la temmnux, għax seba’ saħtiet hemm ġo qalbu. Il-mibegħda tiegħu moħbija taħt il-qerq; ħżunitu tinkixef quddiem il-ġemgħa kollha” (Proverbji 12:15; 14:12; 26:24-26).

Malajr inpoġġu subgħajna fuq l-iżbalji ta’ ħaddieħor, il-karattru diffiċli li għandhom, ilsienhom iweġġa’, l-atteġġjament negattiv, u r-ras stinata tal-oħrajn. B’hekk donna niskużaw irwieħna mill-fallimenti tagħna, ma narawx li l-karattru tagħna wkoll hu skabruż, biex ma ngħidx antipatiku, li aħna wkoll nużaw ilsienna bħal stallett. 

Kultant nammettu li niżbaljaw. Imma donnu nħossuna kburin meta nammettu xi żball tagħna, għax hekk nesibixxu l-umiltà kbira tagħna. Il-problemi li jinqalgħu, però huma bażikament ħtija ta’ ħaddieħor. U aħna, msieken, vittmi taċ-ċirkostanzi. 

Ħafna jiddistruġġu lilhom infushom mod ieħor. Huma miżżewġa mal-konvinzjonijiet żgangati tagħhom, u jaduraw il-kimeri tal-ispirtu tagħhom. Jgħoddu lilhom infushom mimlija bit-tagħrif, ġustizzja u sodisfazzjon. Jemmnu li x-xemx titla’ għalihom biss, u li l-bqija tad-dinja hi mgħerrqa f’oskurità irreparabbli. Jimmaġinaw li għandhom l-isbaħ kwiekeb bħala kondutturi, u li ħobżhom maħbuż u żejthom fil-kus. Iżda, fl-aħħar tal-karriera tagħhom, jiskopru illi dil-ħajja rreċtata kienet biss ignis fatuus, li wassalhom biss f’xifer il-preċipizju ta’ fjammi eterni.

Forsi int wieħed minn dawk li tqis triqtek tajba f’għajnejk? Taħseb li hu ħaddieħor il-kaġun tal-inkwiet fil-familja, fuq ix-xogħol u ma’ ħutek? Jekk dan hu l-każ, itlob ’l Alla biex jagħtik id-dawl biex tara l-ewwel it-travu li hemm f’għajnek. Qabel ma tagħmel hekk, qajla hemm tama għalik.

Talba: “Eqridli, Missier, il-vizzju ta’ kritika vojta u qerrieda illi sikwit ninqabad fih. Kull meta nħares lejn ħaddieħor, jekk nara t-tajjeb, ħa nfaħħrek; jekk nara l-ħażin, agħtini kuraġġ ngħin u nkun kostruttiv. Fakkarni dejjem illi jekk ħaddieħor jiżbalja, jien niżbalja wkoll. Imxi magħna, Mulej, skont tjubitek; la tħarisx lejn ħtijietna, iżda aktarx lejn il-fidi tagħna f’Ibnek Ġesù. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...