Skip to main content

Meħlusa Biex Inħobbu

“Intom, l-aħwa, kontu msejħin għal-libertà. Biss tużawx il-libertà tagħkom bħala okkażżjoni għan-natura midinba; aktarx, aqdu ’l xulxin bl-imħabba. Għax il-liġi kollha hi miġbura f’kelma waħda, f’dal-kmand: ‘Ħobb il-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.’ Imma jekk tkomplu tigdmu u tiddevoraw lil xulxin, oqogħdu attenti li ma tkunux ikkonsmati minn xulxin” (Galatin 5:13-15).

L-imħabba lejn il-proxxmu neċessarjament titqanqal mill-imħabba tiegħi lejn Alla, bħalma din hi l-konsegwenza ta’ mħabbtu lejja. L-imħabba lejn il-ħlejqa hi biss il-korollarja għall-imħabba lejn il-Ħallieq. Infatti kull Kristjan invarjabbilment jasal għal dil-konklużjoni fl-esperjenza tiegħu. Qalbu hi ċċarġjata żżejjed bl-imħabba t’Alla, dik l-imħabba mferra’ profużament fina bl-Ispirtu s-Santu mogħti lilna. 

Insibu illi s-servizz dirett tagħna għal Alla ma jistax ma jkunx estensiv. Inqimuh pubblikament fil-miġemgħa tal-qaddisin tiegħu. Insebbħuh fis-sigriet fit-taħrik kostanti fi qlubna, bi gratitudni u ferħ. Nagħtu minn ġidna għall-manteniment ta’ kull kawża identifikata mal-vanġelu bl-implikazzjonijiet kollha tiegħu. Infaħħruh fit-talb u d-devozzjonijiet tagħna. Nikkonsultaw Kelmtu u nostruha fi qlubna. Interrqu fil-mogħdija murija lilna. 

Iżda x’naqbdu nagħmlu aktar? Alla hu tant setgħani, tant suffiċjenti u mbierek fih innifsu, illi bl-isforzi puwerili kollha tagħna, ma nissodisfawx irwieħna. Għaldaqstant inħarsu madwarna biex naraw kif nistgħu nesprimu mħabbitna lejn Alla. Malajr insibu kif u x’fatta. Evidentement, billi nestendu mħabbitna lejn il-ġar, kull min jinzerta jiġi quddiemna, jekk ma nkunux diġà żornieh aħna. “Hekk mela, dment li għandna l-opportunità, ħa nagħmlu l-ġid ma’ kulħadd, speċjalment ma’ dawk ta’ dar il-fidi” (Galatin 6:10). 

Immedita spiss dwar il-Ġenna, u x’dinjità jkun fih il-qaddis meta jasal fil-glorja. Imbagħad jiddi bħall-kwiekeb, u jidħol fil-kumpanija anġelika u mal-erwieħ ta’ nies ġusti magħmulin perfetti. Malajr issib raġun biex tħobbu minn issa!

Talba: “Mulej, eħlisni minni nnifsi! Tħallinix nibqa’ magħluq u mdawwar lejja nnifsi, bħallikieku jien l-importanti. Wessagħli l-orizzonti biex ninkludi lilek supremament, ħa nroddlok qima u mħabba sinċiera, kif ukoll lin-nies ta’ madwari, biex ninvesti fihom billi ngħinhom bil-kelma u bl-għemil.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...