Skip to main content

L-Ippritkar tal-Kelma

“Għalhekk ħalli ebda wieħed ma jiftaħar bil-bnedmin! Għax kollox hu tagħkom, sew jekk Pawlu jew Apollo jew Kefa jew id-dinja jew il-ħajja jew il-mewt jew il-ħwejjeġ preżenti jew il-ħwejjeġ li ġejjin – kollox tagħkom, u intom ta’ Kristu, u Kristu t’Alla. Hekk mela l-bnedmin imisshom jikkonsidrawna, bħala servi ta’ Kristu u amministraturi tal-misterji t’Alla. F’dar-rigward hu rikjest mill-amministraturi li wieħed jinstab fidil” (1 Korintin 3:21-4:2).

Tħallix lit-tentatur jipperswadik biex tilqa’ biċ-ċiera l-Kelma tal-ħajja minħabba l-element ta’ korruzzjoni li xi ftit jew wisq jirkaċċa fil-predikatur. Jekk twarrab il-Kelma minħabba d-debolizza tal-kelliem tkun qisek qed tirrifjuta ambaxxatur mibgħut mingħand sultan grazzjuż, kollu aħbarijiet sbieħ, sempliċement għax il-persuna u l-kwalitajiet tal-ambaxxatur ma jinżlulikx. 

Apparti minn hekk, tkun qed tikkontradixxi l-amar espliċitu tas-Salvatur tagħna, illi b’awtorità divina tiegħu eżortana biex nisimgħu mqar l-iskribi u l-Fariżej li jpoġġu fuq is-siġġu ta’ Mosè. Qalilna biex nagħmlu skont id-dottrina mgħallma minnhom (ovvjament sakemm din taqbel mal-Iskrittura), iżda ma nikkopjawx għemilhom. Aġir dat-tip jista’ jkun sfidanti, u jiddomanda livell ta’ maturità min-naħa tagħna, iżda hekk irid l-Imgħallem tagħna. Jekk niddistingwu bejn il-baxxar u l-bxara, bejn id-duttur u d-dottrina, niffaċilitaw passina. 

Int u tisma’ bierek ’l Alla meta l-omelija jew il-katekeżi jolqtuk fil-laħam il-ħaj. Student fidil fl-iskola tan-Nazzarenu ma jixlix lill-għalliem tiegħu talli ppartikolarizzah. Jekk il-vleġġa laqtitek fil-kuxjenza, ma jfissirx bilfors li mmira lejk. Aktarx, jekk id-dnub tiegħek huwa tant notorju u ħafna nies jinsabu misrumin fih, kif jista’ jimmissja? Jekk hu dnub sigriet, li dwaru ħadd m’għandu ħjiel, jekk il-predikatur ġabek wiċċ imb wiċċ miegħu, bilfors li Alla dderiġieh. 

Ħu kemm tista’, aħżen fil-memorja tiegħek, ħalli l-kuxjenza tkun imqanqla, u tippermettix il-Kelma tiżloq ’l hemm bla ma tħalli impatt f’ruħek. Imma jekk minħabba nuqqas ta’ memorja retentiva ma tkunx tista’ żżomm amment tal-punti kollha, almenu żomm il-qawwa u t-togħma tagħhom fl-ispirtu tiegħek. Iż-żokkor idewbuh fl-inbid: ma tibqax tarah, iżda t-togħma tibqa’ u l-effett jagħmlu. Mela fittex li ttiegħem il-veritajiet sublimi tal-vanġelu ħalli l-ispirtu tiegħek jitbaħbaħ fihom. U esibihom fi mġibtek. 

Talba: “Nirrealizza, Mulej, illi d-difett sikwit mhuwiex fil-predikatur iżda fija nnifsi. Mhuwiex għaqli għalija nikkritika lix-xandar jew katekist, maħtur minnek stess, meta nista’ faċilment insewwi u nirriforma f’bosta oqsma personali. Agħtini li nisma’ b’dispożizzjoni tajba, bil-fidi u l-manswetudni, sabiex nobdi bi prontizza, għall-glorja tiegħek.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...