Skip to main content

Barka Fuq Barka

“Intom li tibżgħu mill-Mulej, ittamaw fil-Mulej; hu l-għajnuna tagħhom u t-tarka tagħhom. Il-Mulej ħa ħsiebna: iberikna. Ibierek dar Iżrael u jbierek dar Arun. Hu jbierek lil dawk li jibżgħu mill-Mulej, sew żgħar u sew kbar. Il-Mulej ikattarkom iżjed u iżjed, lilkom u lil uliedkom. Kunu mberkin mill-Mulej, li għamel is-sema u l-art” (Salmi 115:11-15). 

Min-naħa tiegħi, kapaċi ngħid, “Din hi kelma vera.” Xi tgħid int? Iva, Jaħwe ħaseb għalina; provdielna, farraġna, ħelisna u gwidana. Fil-movimenti kollha tal-providenza tiegħu indokrana u qatt ma nesa l-qagħda baxxa tagħna. Ħsiebu hu mimli bina, kull ħin u kull mument, bla ebda interruzzjoni. Fi żminijet speċjali, ġie li rajna l-interess t’Alla fina b’mod iżjed distint, u kull meta niftakru f’dawk l-avvenimenti, qalbna tfur b’radd il-ħajr. Iva, il-Mulej ħa ħsiebna.

Is-salmista kompla jgħid, “Iberikna,” bħallikieku din hi l-konklużjoni loġika ta’ dak li qal qabel. Ladarba Alla hu immutabbli (ma jinbidilx), ikompli jieħu ħsiebna fil-ġejjieni bħalma għasses fuqna fl-imgħoddi. Meta ngħidu “ħa ħsiebna,” kważi kważi rridu ngħidu wkoll, “iberikna.” Iżda hawnhekk għandna mhux biss il-konklużjoni raġunata tiegħu, iżda d-dikjarazzjoni tal-Ispirtu s-Santu li nebbaħ dil-kelma: “iberikna.” 

Fiha hemm moħbija ħwejjeġ kbar u bla tarf. Il-wegħda hi wiesa’ u indistinta apposta, biex jindikalna l-medda infinita tagħha. Alla jberikna skont l-attributi divini tiegħu, bil-qisien tiegħu, għal dejjem. Għalhekk, ejjew ngħidu, “Bierek il-Mulej, o ruħ tiegħi! U kulma hu ġo fija jbierek l-isem imqaddes tiegħu’ (Salmi 103:1).

Talba: “Kemm inħobbuk, Ħallieq u Priżervatur tagħna! Is-sema, imqar is-sema tas-smewwiet, huma tiegħek, iżda l-art tajtha lil ulied il-bnedmin. Għaldaqstant aħna nberkuk minn issa u għal dejjem. Mhux lilna, o Mulej, mhux lilna, iżda lil ismek agħti glorja, għal tjubitek u l-fedeltà tiegħek. Għallimna ngħoddu barkietna, biex ruħna titfawwar bit-tifħir, Sultan il-ġnus! Ammen u ammen!”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...