“Ħa ma tipproċiedi l-ebda kelma mħassra minn fommkom, iżda biss kwalunkwe kelma tajba għall-edifikazzjoni ta’ ħaddieħor, skont kif tirrekjiedi l-okkażżjoni, sabiex tagħti grazzja ’l dawk li jisimgħuha. U tnikktux lill-Ispirtu s-Santu t’Alla, li bih kontu ssiġillati għal jum il-fidwa. Ħa jitwarrab minnkom kull imrar, għadab u rabja, għajjat klamoruż u diffamazzjoni, ma’ kull forma ta’ malizzja. Kunu benevolenti ma’ xulxin, kumpassjonali, u aħfru ’l xulxin, bħalma Alla ħafer lilkom fi Kristu” (Efesin 4:29-32). Biex timxi, taħdem u tgħix ma’ ħaddieħor taħt l-istess saqaf, sistema effettiva ta’ komunikazzjoni hija prijorità. Importanti dejjem tinżamm fi stat funzjonabbli u effettiv, bla ma ssofri ħsara. Żewġ persuni ma jistgħux jimxu flimkien jekk ma jaqblux bejniethom. Armonija kontinwa, progressiva u sodisfaċenti hija impossibbli mingħajr taħdit mibni fuq prinċipji bibliċi. Il-komunikazzjoni hi s-sengħa bażika meħtieġa biex nistabbilixxu u mmantnu relazzjonijiet sensibbli u so...