“Tassew, int toqtol lill-ħażin, o Alla; għalhekk tbiegħdu minni, ja rġiel tad-dmija. Għax huma jitkellmu kontrik bil-qerq, u l-għedewwa tiegħek jieħdu ismek għalxejn. M’għandix nobgħodhom, o Mulej, lil dawk li jobogħduk? M’għandix nistmellhom lil dawk li jqumu kontra tiegħek? Nobgħodhom bl-akbar mibegħda; ngħoddhom b’għedewwa tiegħi...Il-biża’ tal-Mulej hi l-mibegħda tal-ħażen: il-tkabbir, l-arroganza, l-imġiba ħażina u l-fomm giddieb nobgħodhom” (Salmi 139:19-22; Proverbji 8:13). Immaġinak miexi fil-kampanja, tiggosta l-fwieħa ħelwa tan-narċis u l-ġiżimin, titgħaxxaq bl-għelieqi maħruta, bis-siġar iħaxwxu fiż-żiffa. Issa fettillek tibda tgħaqqad bukkett fjuri varjat. Iżda int u sejjer, fid-daqqa u l-ħin tibda xxomm rieħa pessma, bilkemm tissaportiha. Quddiemek, bla mistenni, issib miżbla. Jekk ikolli ngħid, naħseb li minflok tkompli tersaq ’l hemm, iddabbar rasek ’il bogħod mill-munzell ta’ żibel jinten. Għaliex tagħmel hekk? Għax filwaqt li xtaqt il-fjuri, xorta waħda...