Skip to main content

Posts

Showing posts from January, 2019

Sħab Sewdieni u Sabiħ

“Meta s-sħab ikun mimli xita, iferrgħuha fuq l-art; u jekk taqa’ siġra, lejn Nofsinhar jew lejn it-Tramuntana, fejn taqa’ tibqa’. Min joqgħod għassa tar-riħ ma jiżra’ qatt; u min joqgħod iħares lejn is-sħab, ma jaħsadx. Bħalma ma tafx it-triq tar-riħ u kif isir l-għadam fil-ġuf ta’ mara tqila, hekk int ma tafx għemil Alla li jagħmel kollox” (Ekkleżjażti 11:3-5). Għaliex, mela, nitkexkxu mis-sħab li bħalissa qed idallam is-sema tagħna? Veru, għal ftit ħin jaħbi x-xemx, iżda b’daqshekk ix-xemx ma tintefiex. Ma jdumx ma terġa’ tiddi. Sadattant dak is-sħab iswed hu mimli xita. Iżjed mhu suwed, iżjed irodd raxxiet kotrana. Kif jista’ jkollna xita mingħajr sħab? Il-gwaj tagħna dejjem ġabilna barkiet, u jibqa’ jipproduċilna barkiet. Huwa l-karru mudlam tal-grazzja leqqiena. Dan is-sħab jitbattal fi żmien qasir, u kull ħaxixa tar-raba’ tistejqer bl-ilma tiegħu. Alla tagħna jista’ jxarrabna għasra bl-għali, iżda ma jgħarraqniex bl-għadab; anzi, jiffriskana bil-ħniena.  Aktar ma n

Nitlob u Nistenna

“Imbagħad Ġesù qalilhom parabbola ħalli jurihom illi huma dejjem jeħtieġ jitolbu u ma jintelqux. Qal: ‘Kien hemm wieħed imħallef f’ċerta belt li la kien jibża’ minn Alla u lanqas jirrispetta lill-bniedem. U kien hemm armla f’dik il-belt li baqgħet tiġi għandu u tgħidlu, “Agħmilli ħaqq mill-avversarju tiegħi.” Għal xi żmien irrifjuta, imma finalment qal fih innifsu, “Għalkemm la nibża’ minn Alla u lanqas nirrispetta lill-bniedem, madankollu, minħabba li din l-armla qed tissokta tħabbatni, se jkolli nagħmlilha ġustizzja, ħalli ma tibqax tiġi kontinwament u tispiċċa biex teżawrini.”’ U s-Sid qal, ‘Isimgħu x’jgħid l-imħallef inġust. U ewwilla Alla mhux se jagħmel ġustizzja għall-magħżulin tiegħu, li jgħajtulu nhar u lejl? Se joqgħod itawwalha magħhom? Ngħidilkom, se jara li jiksbu ġustizzja, u fil-pront. Madankollu, meta jiġi Bin il-Bniedem, se jsib fidi fuq l-art?’” (Luqa 18:1-8). It-talb fih privileġġi. Ruħ mixħuta quddiem it-tron tal-grazzja qatt ma tista’ tkun miżerabbli ħafna,

Għix il-Ħajja tas-Salib

“Malli l-għaxra semgħu dan, bdew isiru indignati għal Ġakbu u Ġwanni. Ġesù sejħilhom lejh u qalilhom, ‘Tafu illi dawk rikonoxxuti bħala ħakkiema fuq il-Ġentili jiddominaw fuqhom, u l-kbarat tagħhom jeżerċitaw awtorità sħiħa fuqhom. Imma mhuwiex hekk fostkom; anzi, kull min irid isir kbir fostkom għandu jkun serv tagħkom, u kull min irid ikun l-ewwel fostkom għandu jkun ilsir ta’ kulħadd. Għax saħansitra Bin il-Bniedem ma ġiex biex ikun servut, iżda biex iservi u biex jagħti ħajtu bħala riskatt għal ħafna’” (Mark 10:41-45).  It-tagħlim l-iżjed radikali ta’ Ġesù kien it-taqliba totali tal-idea kontemporanja dwar min għandu jitqies bħala kbir. It-tmexxija tinstab filli wieħed isir serv ta’ kulħadd. Il-poter hu skopert fis-sottomissjoni. Is-simbolu prominenti ta’ din is-servitudni radikali hu s-salib. Ġesù umilja lilu nnifsu; ma qagħadx ifittex min se jaqdih. Aktarx ħa l-inizjattiva u qeda hu. Sefter kontinwament sal-punt illi sar ubbidjenza sal-mewt, anzi sa mewt fuq l-għuda tas-sa

X'Int?

“Imbagħad Ġesù qalilhom, ‘Dal-lejl intom ilkoll se tkunu offiżi minħabba fija. Għax hu miktub: “Se nolqot lir-ragħaj u jitferrxu n-nagħaġ tal-merħla.” Imma wara li nkun irxoxtat, immur qabilkom fil-Galilija.” Pietru rrispondih, ‘Imqar jekk kulħadd se jkun offiż minħabba fik, jien qatt mhu se nkun offiż.’ ‘Tassew ngħidlek,’ qallu Ġesù, ‘f’dal-lejl stess, qabel ma jidden is-serduq, tiċħadni tliet darbiet.’ Iżda Pietru ddikjara, ‘Anke jekk ikun jeħtieġli mmut miegħek, qatt mhu se niċħdek!’ L-istess ħaġa wkoll qalu d-dixxipli kollha” (Mattew 26:31-35). Meta nkunu maħsudin, ħabta u sabta, ninkixfu minn tabilħaqq aħna. Jekk għandek il-ġrieden u firien fil-kantina, iċ-ċans li tarahom huwa jekk tinżel fil-kantina għall-għarrieda. L-entratura tiegħek għall-għarrieda ma toħloqx il-ġrieden, imma biss ma ħallitilhom ebda opportunità biex jistaħbew. Bl-istess mod, l-aħjar evidenza għal x’tip ta’ persuna int tinsab fir-reazzjoni tiegħek meta ma tkunx viġilanti. Pereżempju, provokazzjoni fid-d

Ħolqien Ġdid

“L-imħabba ta’ Kristu tikkontrollana, billi kkonkludejna dan, illi wieħed miet għal kulħadd, u għalhekk ilkoll mietu. U miet għal kulħadd, sabiex dawk li jgħixu ma jmisshomx jgħixu iżjed għalihom infushom, iżda għal dak li miet għalihom u kien irxoxtat. Għalhekk aħna, minn issa ’l quddiem, ma nistmaw lil ebda wieħed minn perspettiva mondana. Għalkemm darba stmajna lil Kristu minn perspettiva mondana, madankollu issa ma nafuhx iżjed hekk. Għalhekk, jekk xi ħadd hu fi Kristu, hu ħolqien ġdid. Il-ħwejjeġ qodma għaddew; ara, saru ġodda! Dan kollu hu mingħand Alla, li rrikonċiljana miegħu nnifsu permezz ta’ Kristu u tana l-ministeru tar-rikonċiljazzjoni, ċoè, Alla kien qed jirrikonċilja d-dinja miegħu nnifsu fi Kristu, bla ma jgħodd l-offiżi tagħhom kontrihom. U kkommettielna l-kelma tar-rikonċiljazzjoni” (2 Korintin 5:14-19). Irridu naħsbu bil-ħsieb t’Alla biex niġu f’postna. Il-problema u l-isfida hi waħda: ħsibijietu radikalment differenti minn ħsibijietna. Ma tistax tersaq lejn A

Tajjeb il-Melħ

“Wara li f’okkażżjoni minnhom inġema’ magħhom, ordnalhom biex ma jitilqux minn Ġerusalemm, iżda jistennew il-wegħda tal-Missier ‘li smajtu mingħandi,’ qalilhom, ‘għax Ġwanni għammed bl-ilma, imma intom se titgħammdu bl-Ispirtu s-Santu wara daqsxejn jiem oħra.’ Għalhekk meta dawn inġabru flimkien staqsewh, ‘Ja Sid, f’daż-żmien se tirrestawra s-saltna lil Iżrael?’ Weġibhom, ‘Mhux għalikom biex tkunu tafu ż-żminijiet jew l-istaġuni illi l-Missier iffissa bl-awtorità tiegħu stess. Iżda intom se tirċievu s-setgħa meta jiġi l-Ispirtu s-Santu fuqkom, u tkunu xhieda tiegħi f’Ġerusalemm, u fil-Ġudea kollha u s-Samarija, u saħansitra sa truf l-art’” (Atti 1:4-8).  Id-dixxipli ta’ Ġesù oriġinarjament għammru f’rokna remota tal-Imperu Ruman. La kellhom prestiġju u lanqas pożizzjoni soċjali, la kellhom flus u lanqas riżorsi, la kellhom poter u lanqas influwenza, u qajla kellhom edukazzjoni formali. Konsegwentement, mill-punto di vista umana, iċ-ċans illi jibqgħu bla ma jisfaw estinti kien żg

Is-Sapport tas-Sema

“Ikkonsidrawh kollu ferħ, ħuti, kull meta tiffaċċjaw tiġrib varju, billi tafu illi l-ipprovar tal-fidi tagħkom jiżviluppa l-perseveranza. U ħa jkollha l-perseveranza r-riżultat perfett tagħha, sabiex tkunu perfetti u kompluti, bla mankanza f’xejn. Jekk xi ħadd minnkom jonqsu l-għerf, ħa jissupplikah mingħand Alla, li jagħti ’l kulħadd ġenerożament u bla ma jirrimprovera, u jkun mogħti lilu. Imma jmissu jissupplika bil-fidi bla ma jiddubita xejn, għax min jiddubita donnu ħalla tal-baħar, misjuqa u mxewlħa mir-riħ.” (Ġakbu 1:2-6). Bħalma l-bidwi jieħu ħsieb l-għoros (xitel ċkejkna), u jipproteġihom bl-ilqugħ biex ma jitqaċċtux, iżda meta jrabbu l-għeruq sew u jissodaw, ineħħilhom l-ilqugħ u jħalli jfendu għall-irjieħ u l-maltemp, hekk Alla jgħasses lil uliedu b’sigurezza ta’ konforti ġewwiena, iżda mbagħad, kif jarmaw jikbru, jesponihom għall-irwiefen, għax ikunu jifilħu jġarrbuhom. Mela ħa ma naħsbux illi nkunu aħjar jekk ninsabu ħielsa minn kull saram u tfixkil. Jekk l-andament

Mexxina, u Nimxu

“David staqsa lill-Mulej, u l-Mulej qallu: ‘La titlax dritt għalihom, iżda dur għal warajhom, u tiġi fuqhom quddiem is-siġar tal-balsmu. U jiġri, xħin tisma’ ħoss ta’ mixi fil-quċċata tas-siġar tal-balsmu, intefa’ malajr għat-taqbida, għax imbagħad il-Mulej jimxi quddiemek biex ikisser l-eżerċtu tal-Filistin.’ Imbagħad David għamel hekk, bħalma kkmandah il-Mulej, u kisser il-Filistin minn Geba sa ma tasal Geżer” (2 Samwel 5:23-25). Meta l-Mulej jitħarrek għandna nitħarrku aħna. L-Ispirtu t’Alla jonfoħ fejn jogħġbu, u aħna nisimgħu l-ħoss tiegħu. Dan hu l-ħin propizju għalina meta jmissna niċċaqilqu iżjed minn qatt qabel. Jeħtieġ naħtfu l-opportunità, u nisfruttaw kull bieb miftuħ. Jonqos minna li niġġieldu kontra l-Filistin kull ħin; iżda meta l-Mulej innifsu joħroġ quddiemna, għandna nkunu speċjalment qalbiena fit-taqbida. Iż-żiffa ħarrket il-qċaċet tas-siġar; David u niesu interpretaw dan bħala sinjal biex jattakkaw. Malli avvanzaw kontra l-għadu, il-Mulej innifsu darab il

Ferħ Quddiem il-Feddej

“Għajtu għajta ta’ ferħ lill-Mulej, intom nies kollha tal-art! Aqdu lill-Mulej bil-ferħ; ejjew quddiemu bil-għana ferrieħi. Kunu afu li l-Mulej hu Alla; hu li għamilna, u mhux aħna lilna nfusna; aħna l-poplu tiegħu u nagħaġ tal-mergħa tiegħu. Idħlu minn bwiebu b’radd il-ħajr, u fil-btieħi tiegħu bit-tifħir; faħħruh, u bierku l-isem tiegħu. Għax twajjeb il-Mulej; għal dejjem tjubitu; u l-fedeltà tiegħu ddum minn nisel għal nisel!” (Salmi 100:1-5).  Alla, unikament glorjuż, hu muri bħala l-Ħallieq u Feddej, il-benemertu tal-qima esklussiva tagħna. L-adorazzjoni tiegħu jmissha tkun universali, u hekk għad tkun! L-artijiet kollha għad jipparteċipaw fiha.  Qima aċċettabbli hi ġubilanti u ferrieħa. Alla mhux sultan despotiku li jisforza lil niesu jservuh. Servizz motivat mill-imħabba huwa r-risponsorjal grat għall-grazzja t’Alla. Irridu nistmawh bħala favur meta nkunu mdaħħla fis-servizz tas-Sultan, u nirringrazzjawh talli għandna l-libertà ta’ dħul quddiemu, li għandna ordinanzi

Libertà Biex Inservu

“O Mulej, la ċċanfarnix fl-għadab tiegħek, lanqas twiddibni fis-saħna tiegħek. Għax il-vleġeġ tiegħek daħlu fija, u idek tagħfas wisq fuqi. Xejn m’hemm sħiħ f’ġismi minħabba għadbek, lanqas m’hemm ebda mistrieħ għal għadmi minħabba dnubi. Għax il-ħażen tiegħi tela’ ’l fuq minn rasi; bħal tagħbija tqila, tqila wisq għalija. Nitnu l-ġrieħi tiegħi u jdennu minħabba l-bluha tiegħi. Ninsab milwi għalkollox, wiċċi lejn l-art; il-jum kollu mlibbes l-iswed” (Salmi 38:1-6). Jekk naħsbu b’leġġerezza dwar id-dnub, u ngħoddu l-inikwità bħala ċajta, evidentement inkunu qed nuru li d-dawl tal-evanġelju għadu ma ppenetrax f’ruħna. Għadna ma nafux xi jfissru l-passjoni u l-mewt tas-Salvatur. Għadna maqbudin taħt il-qerq u l-ingann tad-dnub. L-infidili qajla għandhom għali għall-ħażen tagħhom, ħlief meta jinqabdu fix-xbieki tagħhom stess. Biss meta Ġesù hu magħruf fil-qalb, id-dnub imbagħad hu tabilħaqq mistmerr, abbandunat, missielet u megħlub.  Il-fidil iħoss it-tagħbija tal-ħtija u t-toqo

Il-Qawwa tal-Kant

“Anzi, aktar minn hekk, nikkonsidra saħansitra kollox bħala telf minħabba l-valur wisq aktar superjuri li nkun naf lil Kristu Ġesù Sidi. Minħabba fih irrinunzjajt il-ħwejeġ kollha, u nikkonsidrahom biss żibel sabiex niggwadanja ’l Kristu u ninstab fih, mhux li għandi l-ġustizzja personali tiegħi, dik derivata mil-liġi, iżda dik li tiġi permezz tal-fidi fi Kristu – il-ġustizzja mingħand Alla bbażata fuq il-fidi - ħalli nkun naf lil Kristu u s-setgħa tar-resurrezzjoni tiegħu u x-xirka tas-sofferenzi tiegħu, billi nkun ikkonformat ma’ mewtu, sabiex b’xi mod nilħaq ir-resurrezzjoni mill-imwiet” (Filippin 3:8-11). Nistgħu nkejlu l-avvanz jew ir-rigress tagħna fil-grazzja skont kemm ħsibijietna u l-meditazzjoni tagħna huma fuq Kristu, u fuq il-glorja ta’ saltnatu, u fuq imħabbtu. O li nkunu nafu aktar u aktar l-imħabba tiegħu li tisboq kull dehen, u nimtlew bil-milja kollha t’Alla! U meta nkantawlu t-tifħir tagħna, dan mhuwiex eżerċizzju battal. Il-kant, offrut b’atteġġjament spir

Kieku u Kumbinazzjoni

“Tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem imma ma jistgħux joqtlu r-ruħ. Aktarx ibżgħu aktarx minn dak li jista’ jeqred kemm ir-ruħ kif ukoll il-ġisem fl-Infern. Ewwilla żewġ għammiela ma jinbigħux assarju? Frattant wieħed minnhom ma jaqax mal-art mingħajr il-volontà ta’ Missierkom. Inkwantu intom, saħansitra xagħar raskom hu kollu magħdud. Għalhekk tibżgħux; intom tiswew iżjed minn qabda għammiela” (Mattew 10:28-31). Insibu multitudni ta’ providenzi ttajmjati preċiż, hekk illi kieku ġraw tikka aktar kmieni jew aktar tard, tintilef l-armonija universali. Il-qaddej ta’ Abraħam, pereżempju, jasal fil-Mesopotamja, mibgħut fuq faċenda biex isib xebba tgħodd għal Iżakk. U bilkemm kien laħaq temm it-talba tiegħu biex jingħatalu r-risq: tersaq Rebekka, u toffrilu jixrob kif ukoll ittella’ l-ilma għall-iġmla tiegħu – eżattament kif talab l-għelm mingħand il-Mulej.  Il-Ħallieq u l-Gvernatur tas-sema u l-art ma jaħdimx bil-kumbinazzjonijiet u koinċidenzi. Ċertament, f’għajnejna u fl-esper

Mogħtija Sinifikat

“Infatti, waqt li konna għadna dgħajfin, Kristu fi żmien proprju miet għall-empji. Rarissmu xi ħadd jasal biex imut għal bniedem ġust, madankollu għal bniedem tajjeb xi ħadd forsi jissogra saħansitra jmut. Imma Alla jesibixxi l-imħabba tiegħu nnifsu lejna, billi filwaqt li konna għadna midinbin, Kristu miet għalina. Mela, billi issa ninsabu ġustifikati b’demmu, bil-wisq iżjed se nkunu salvati mir-rabja t’Alla permezz tiegħu! Għax jekk, filwaqt li konna għadna għedewwa, konna rrikonċiljati m’Alla permezz tal-mewt t’Ibnu, bil-wisq iżjed, billi issa ninsabu rrikonċiljati, se nkunu salvati b’ħajtu! Mhux hekk biss, iżda wkoll neżultaw f’Alla permezz ta’ Sidna Ġesù Kristu, li permezz tiegħu issa rċevejna r-rikonċiljazzjoni” (Rumani 5:6-11). Ħafna nies, speċjalment b’miżura ta’ edukazzjoni, iħossuhom mitlufa fl-immensità tal-univers, meta jafu l-kobor tal-galassji bi xmux innumerabbli fihom. Iħossuhom fraka. Ilkoll għaxtana għall-imħabba, u lkoll iħossu kemm hu importanti illi jkunu

Rebbieħa Ma' Kristu

“Madankollu għandi naqra ħwejjeġ kontra tiegħek: għandek hemmhekk nies li jżommu mat-tagħlim ta’ Balgħam, li għallem lil Balak biex jitfa’ ostaklu quddiem ulied Iżrael, ħalli jieklu ikel sagrifikat lill-idoli, u jiffornikaw. Hekk int għandek ukoll lil dawk li bl-istess mod iżommu mat-tagħlim tan-Nikolajtin. Indem mela! Altrimenti se niġi għandek malajr u nikkumbatti kontrihom bix-xabla ta’ fommi. Min għandu widna, ħa jisma’ x’jgħid l-Ispirtu lill-knejjes. Lil min ivinċi nagħtih mill-manna l-moħbija. Nagħtih ukoll ġebla bajda, u fuq il-ġebla isem ġdid miktub li ħadd ma jafu ħlief min jirċeviha” (Rivelazzjoni 2:14-17). Qalb tiegħi, tqanqal biex tippersevera fit-taqbida qaddisa, għax il-premju tar-rebħa hu kbir. Illum nieklu mill-ikel smewwieti li jaqa’ madwar il-kampijiet tagħna, l-ikel li dejjem imantni ’ll-pellegrini fi triqthom lejn il-Kangħan. Iżda hemm merfugħ għalina fi Kristu Ġesù ikel spiritwali wisq ogħla, ikel li għalissa għadu moħbi mill-esperjenza tagħna. Fil-ġarra deh

L-infern

“Anġlu ieħor, it-tielet wieħed, segwiehom u qal b’leħen għoli, ‘Jekk xi ħadd jadura d-dbib u l-immaġni tiegħu u jirċievi marka fuq ġbinu jew fuq idu, hu wkoll għad jixrob mill-inbid tal-għadab t’Alla, imsawwab pur fil-kies tar-rabja tiegħu, u jkun itturmentat bin-nar u l-kubrit fil-preżenza tal-anġli qaddisin u fil-preżenza tal-Ħaruf. U d-duħħan tat-turment tagħhom jitla’ għal dejjem ta’ dejjem. M’għandhomx mistrieħ la bi nhar u lanqas billejl, dawk li jaduraw id-dbib u l-immaġni tiegħu, u kull min jirċievi l-marka t’ismu.’ Hawn hi s-sejħa għall-perseveranza daparti tal-qaddisin, li jżommu l-kmandamenti t’Alla u l-fidi tagħhom f’Ġesù” (Rivelazzjoni 14:9-12). Aħna mwissija dwar l-għadab li ġej. Il-frażi timplika kemm il-futurità kif ukoll il-perpetwità ta’ dan l-għadab divin. Mhux biss hu realtà ċerta fil-futur, iżda meta jitferra’ jkun għadab li jibqa’, għadab li jkompli jkun għadab. “It-turment tagħhom jitla’ għal dejjem ta’ dejjem.” Ħsieb bħal dan jaqsam il-qalb. Meta miljuni

Dnubek Isibek

“‘Għalhekk nagħmel ħaqq minkom, o dar Iżrael, kull wieħed skont triqatu,’ jgħid Sidi l-Mulej. ‘Indmu, u erġgħu lura minn ħtijietkom kollha, u hekk il-ħażen ma jkunx it-tiġrif tagħkom. Armu minn fuqkom ħtijietkom kollha li bihom dnibtu, u agħmlu għalikom qalb ġdida u spirtu ġdid! Għaliex tridu tmutu, o dar Iżrael? Għax jien ma niħux pjaċir bil-mewt ta’ min imut,’ jgħid Sidi l-Mulej. ‘Għalhekk indmu u ibqgħu ħajjin’” (Eżekjel 18:30-32). Il-ħażen, espress fid-diżubbidjenza tagħna, għad jinkixef fin-natura vera tiegħu. Jew nikkonvertu minnu b’sens ta’ għajb u orrur, jew inkella, konfużi, nibqgħu mqabbdin miegħu bi stinazzjoni. Aħjar iwerwirna fil-karattru reali tiegħu issa milli fid-dinja li ġejja. L-iben prodgu, fil-parabbola, daħal daħla fih innifsu u għaraf l-istupidaġni tiegħu, fiex waqqgħetu l-indipendenza falza tiegħu minn missieru. Appena safa konvint, minnufih fittex jiddivorzja minnu.  Sawl ta’ Tarsu jistqarr li darba kien ħaj mingħajr il-liġi, mingħalih, iżda meta ġie

Il-Kura Għall-Għira

“La tħallix qalbek tgħir għall-midinbin, iżda għix kuljum fil-biża’ tal-Mulej. La tgħirx għan-nies ħżiena u lanqas tixtieq toqgħod magħhom, għax qalbhom taħseb fuq il-ħsara, u fuq id-deni jitkellmu xofftejhom. La tisħonx minħabba dawk li jagħmlu d-deni, u la tgħirx għall-ħżiena, għax għall-ħażin m’hemmx futur; il-musbieħ tagħhom jintefa. Il-qilla krudila u l-għadab dulluvju, iżda min jista’ jieqaf quddiem l-għira?” (Proverbji 23:17; 24:1-2,19-20; 27:4). Meta naraw li kulma jmissu l-ħżiena jsirilhom deheb, ikollna tentazzjoni ngħiru għalihom. Meta nisimgħu l-ħoss vulgari tal-iffestiġġjar tagħhom, filwaqt li l-ispirtu tagħna hu tqil, nibdew naħsbu li huma aħjar minna. Il-ġelożija tinbixna; insibuha diffiċli nirreżistuha. Nibdew nissuspettaw illi tabilħaqq Alla ma jagħtix kas, jew inkella nsiena. Niddubitaw hemmx ġustizzja jew le. Ħsibijiet bħal dawn huma bluha u ġenn. Kieku lill-ħżiena nafuhom aħjar, u speċjalment meta niftakru fit-tmiem traġiku tagħhom, nitħassruhom. Il-kura għall-

Armat Kontra t-Tentazzjoni

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:7-13). Alla jippermetti li niesu jkunu mġarrba. Iħalli lill-avversarju malinn tagħna biex jaħbatna, avolja aħna l-ulied għeżież tiegħu. Għaliex jadotta da

Dil-Marda Mhix Għall-Mewt

“Issa kien hemm ċertu wieħed marid, Lażżru minn Betanja, ir-raħal ta’ Marija u oħtha Marta. Kienet din Marija li dilket lis-Sid bil-fwieħa u xxottatlu saqajh b’xagħarha, li ħuha Lażżru kien marid. Għalhekk l-aħwa bagħtu għandu jgħidulu, ‘Ja Sid, dak li tħobb int jinsab marid.’ Imma malli sema’ hekk, Ġesù qal, ‘Dil-marda mhix għall-mewt, iżda għall-glorja t’Alla, sabiex biha jkun igglorifikat Bin Alla.’ Ġesù kien iħobb lil Marta u ’l oħtha u ’l Lażżru. Għalhekk meta sema’ illi kien marid, imbagħad baqa’ jumejn oħra fil-post fejn kien” (Ġwanni 11:1-6). Sikwit jiġri illi ċerti okkorrenzi jintervienu f’ħajjitna b’tali mod u manjiera illi donnhom jikkontradixxu l-verità t’Alla. Apparentement imorru kontra l-wegħda divina. Għalhekk, jekk niġġudikaw mill-ħars u d-dehra, inkunu spiss ingannati. Kelmet Alla waħidha hi r-regola tal-fidi. Kulma ddikjara hu ċertament jiġri, avolja qisu jeħodha kontra r-raġuni karnali.  Hekk Sidna jgħid dwar Lażżru, “Dil-marda mhix għall-mewt.” Frattant

Thenna Fit-Taħbit Tiegħek

“Ara, x’rajt: ħaġa tajba u xierqa li wieħed jiekol u jixrob, u jithenna fit-taħbit tiegħu kollu, u jitħabat taħt ix-xemx, matul il-ftit jiem ta’ ħajtu, li tah Alla, għax dan hu sehmu. Barra minn dan, bħalma ta Alla lil kull bniedem għana u teżori, hekk ukoll tah is-setgħa li jiekol minnhom u jieħu sehmu, u jifraħ fit-taħbit tiegħu. Dan ukoll għotja t’Alla. Għax raġel bħal dan ma jkollux għalfejn jaħseb wisq f’jiem ħajtu, għax Alla jagħtih ferħ f’qalbu” (Ekkleżjażti 5:18-20). Ħadd minna ma jista’ jaffordja jintelaq fil-ġenb. Il-mod kif ma tkun xejn hu billi ma tagħmel xejn. L-għażż hu biss ir-refuġju ta’ mħuħ debboli. Min jaħdem jikkommetti l-iżbalji, ovvjament, imma min jibqa’ b’idejh fuq żaqqu jagħmel żball wieħed gravissmu, għax idejn passivi huma għodda għax-xitan, u ma jdumx ma jsibilhom xi jħawdu, mentri moħħ letarġiku jikrih bħala laboratorju.  Ieqaf biex tieħu n-nifs, imbagħad issokta minnufih, li ma jmurx jimpjegak mod ieħor. Kif jgħidu, ix-xitan iġarrab lil kulħadd,

Fuq ix-Xatt, bil-Mappa

“Il-ħaqq tiegħek hu bħal muntanja ta’ Alla; il-ġudizzji tiegħek bħal abbiss kbir. Mulej, int tgħin lill-bnedmin u ’ll-bhejjem. Kemm hi għażiża t-tjieba tiegħek, o Alla! Għalhekk ulied il-bnedmin iqiegħdu t-tama tagħhom taħt id-dell ta’ ġwinħajk. Bil-ġid ta’ darek jixbgħu, u int tisqihom mix-xmara tal-hena tiegħek. Għax fik hemm l-għajn tal-ħajja; f’dawlek naraw id-dawl” (Salmi 36:6-9). Mhux wieħed jew tnejn issibilhom storja speċjali x’jirrakkontaw. Ħa nsejhulha, “L-inkontru tiegħi m’Alla.” Jidħlu fid-dettalji u jsostnu illi ħassewh lil Alla. Avolja mhumiex Kristjani, iltaqgħu mal-myterium tremendum. L-esperjenza tagħhom imbagħad jużawha bħala prova li la għandhom bżonn il-Bibbja u wisq inqas id-dommi u l-formoli ekkleżjastiċi dwar Alla. Ma jaraw ebda valur, ngħidu aħna, fil-Kredu tal-Appostli. Ladarba ltaqgħu mal-ħaġa reali, dawn l-artikli mill-antik jidhru ġugarelli, oġġetti pedantiċi għalihom.  Meta wieħed minn fuq il-plajja jkun osserva b’kemm tagħtih il-vista fuq l-Antl

Sabiħ is-Sabar

“Jien mela, il-priġunier għas-Sid, neżortakom ħalli timxu denjament tas-sejħa li biha kontu msejħin, b’kull umiltà u manswetudini, bil-paċenzja, tissaportu ’l xulxin fl-imħabba, tħabirku ħalli tippriżervaw l-unità tal-Ispirtu fir-rabta tas-sliem” (Efesin 4:1-3). Fil-programm etiku mfassal għal ulied Alla, Pawlu minn kmieni jintroduċi sabar, jew paċenzja, bħala ingredjent essenzjali u sabiħ. Bih imissna niżżejnu bla dewmien. X’inhu s-sabar? L-Isqof Horne joffrielna did-deskrizzjoni. “Is-sabar hu l-gwardjan tal-fidi, il-priżervatur tas-sliem, il-ħabbej tal-imħabba, l-għalliem tal-umiltà. Is-sabar jiggverna l-karnalità, isaħħaħ l-ispirtu, jagħmel ħelwa t-tempra, jifga l-korla, jitfi l-ġelożija, jgħakkes il-kburija.  “Is-sabar isarram l-ilsien, jirrestrinġi l-id, u jgħaffeġ fuq it-tentazzjonijiet. Jissaporti l-persekuzzjonijiet u jikkonsma ruħu fil-martirju.  “Is-sabar jipproduċi l-unità fil-knisja, il-lealtà fl-istat u l-armonija fil-familji u s-soċjetajiet. Jikkonforta

Tbatija bit-Tama

“L-Ispirtu nnifsu jixhed flimkien mal-ispirtu tagħna illi aħna tfal t’Alla, u jekk tfal, allura werrieta wkoll – werrieta t’Alla, u werrieta flimkien ma’ Kristu, imbasta nbatu miegħu sabiex inkunu glorifikati wkoll miegħu. Nikkonsidra illi s-sofferenzi taż-żmien preżenti mhumiex denji jkunu pparagunati mal-glorja li dalwaqt se tkun irrivelata lilna” (Rumani 8:16-18). Bħala dixxipli ta’ Ġesù nissejħu qaddejja, anzi lsiera, biex hekk niftakru li jmissna nobdu. “Meta tagħmlu kulma jordnawlkom, għidu, ‘Ilsiera bla fejda aħna; għamilna biss dak li konna obbligati nagħmlu’” (Luqa 17:10).  Magħrufa wkoll bħala suldati, biex inwaħħluha f’rasna li fl-esperjenza tagħna se niltaqgħu ma’ saram u sofferenzi. “Sofri t-tbatija miegħi bħala suldat tajjeb ta’ Kristu Ġesù” (2 Timotju 2:3). Irridu nissalvagwardjaw irwieħna illi ma nbatux minħabba d-dnub, u lanqas nidinbu fit-tbatijiet. Hekk jew hekk, it-tbatijiet tagħna huma skaldi mis-salib, mhux għax bihom inpattu għal dnubietna – dawn diġà

Lura Mill-Jasar

“U jiġri, wara li dawn il-ħwejjeġ kollha jiġu fuqek, il-barka u s-saħta, li jien qegħidtlek quddiemek, u tiftakarhom fost il-ġnus kollha, fejn il-Mulej, Alla tiegħek, ikun tarrfek. U terġa’ lura għand il-Mulej, Alla tiegħek, u tobdi leħnu, int u wliedek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, skont kulma qiegħed nikkmandak illum, illi mbagħad il-Mulej, Alla tiegħek, iġibek lura mill-jasar, u jkollu ħniena minnek, u jerġa’ jiġimgħek minn fost il-ġnus kollha, li fosthom il-Mulej, Alla tiegħek, ikun xerrdek” (Dewteronomju 30:1-3). Il-poplu t’Alla jista’ jbiegħ lilu nnifsu fil-jasar minħabba dnubu stess. Ħasra li jkollhom jieklu l-frott morr, u jitfixklu f’għerq hekk qares. Xi skjavitù huwa dan meta wlied Alla jinbiegħu taħt il-madmad tal-ħażen u d-diżubbidjenza, jinżammu bil-ktajjen minn Satana, jiċċaħdu mil-libertà, jinsterqu mill-qawwa fit-talb, u jitilfu l-għaxqa tagħhom fil-Mulej! Lott hekk ġralu meta nfired minn ma’ żijuh Abraħam u mar joqgħod f’Sodoma, fejn ruħu tnikktet bil-perv

Il-Mulej Jirrestawra

“Meta trejqu, Ġesù qal lil Xmun Pietru, ‘Xmun bin Ġwanni, verament tħobbni iżjed minn dawn?’ ‘Iva, ja Sid,’ qallu, ‘int taf illi nħobbok.’ Ġesù qallu, ‘Agħlef il-ħrief tiegħi.’ Reġa’ staqsieh it-tieni darba, “Xmun bin Ġwanni, verament tħobbni?’ Wieġbu, ‘Iva, ja Sid, int taf illi nħobbok.’ Qallu Ġesù, ‘Irgħa n-nagħaġ tiegħi.’ Staqsih it-tielet darba, ‘Xmun bin Ġwanni, tħobbni?’ Pietru tnikket għax qallu t-tielet darba, ‘Tħobbni?’ Qallu, ‘Ja Sid, int taf kollox; int taf illi nħobbok.’ Ġesù qallu, ‘Agħlef in-nagħaġ tiegħi’” (Ġwanni 21:15-17). Aħjar nagħmel żball onest milli ma nagħmel xejn għax nibża’ li nagħmel żball. Ordinarjament ikolli nitqanna bil-konsegwenzi umani u materjali tad-deċiżjonijiet żmerċi illi nieħu. Sikwit inġib in-niket fuqi nnifsi minħabba li riġlejja jidħlu fi sqaqien.  B’daqshekk ninsab f’kumpanija tajba. Nies kbar ikkommettew żbalji gravi inkwantu r-rieda t’Alla għalihom. David bi stinazzjoni għamel iċ-ċensiment tal-poplu. Pietru bbojkottja lill-fidili Ġ

Fidi Vera u Fidi Falza

“Biss, jiġri x’jiġri, ġibu rwieħkom denjament tal-evanġelju ta’ Kristu, sabiex sew jekk niġi u narakom jew nibqa’ assenti, nisma’ dwarkom illi tieqfu sħiħ fi spirtu wieħed, b’fehma waħda tikkumbattu flimkien għall-fidi tal-evanġelju, bla ma tkunu mbeżża’ f’xejn mill-opponenti tagħkom. Dan hu għalihom turija ta’ distruzzjoni, imma għalikom ta’ salvazzjoni – u dan mingħand Alla. Għax lilkom hu mogħti b’xejn, għal Kristu, mhux biss li temmnu fih, iżda wkoll li tbatu għalih, billi ġġarrbu l-istess sargħa li rajtu fija, u issa tisimgħu li għad għandi” (Filippin 1:27-30). Il-fidi hi rikjesta minna, u fl-istess ħin il-fidi hi għotja t’Alla, l-istess bħalma Alla kmanda lil-Lhud biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni f’qalbhom, u peress li kienet ħaġa impossibbli għalihom, għamilhielhom hu. Aħna nemmnu, tabilħaqq, imma mhux mingħajr l-abbiltà mogħtija lilna minn Alla, abbiltà li qalgħahielna Ibnu bl-Ispirtu tiegħu. Dil-fidi li dwarha qed nitkellmu mhijiex sentiment; aktarx, tinvolvi l-fehma u