Skip to main content

L-infern

“Anġlu ieħor, it-tielet wieħed, segwiehom u qal b’leħen għoli, ‘Jekk xi ħadd jadura d-dbib u l-immaġni tiegħu u jirċievi marka fuq ġbinu jew fuq idu, hu wkoll għad jixrob mill-inbid tal-għadab t’Alla, imsawwab pur fil-kies tar-rabja tiegħu, u jkun itturmentat bin-nar u l-kubrit fil-preżenza tal-anġli qaddisin u fil-preżenza tal-Ħaruf. U d-duħħan tat-turment tagħhom jitla’ għal dejjem ta’ dejjem. M’għandhomx mistrieħ la bi nhar u lanqas billejl, dawk li jaduraw id-dbib u l-immaġni tiegħu, u kull min jirċievi l-marka t’ismu.’ Hawn hi s-sejħa għall-perseveranza daparti tal-qaddisin, li jżommu l-kmandamenti t’Alla u l-fidi tagħhom f’Ġesù” (Rivelazzjoni 14:9-12).

Aħna mwissija dwar l-għadab li ġej. Il-frażi timplika kemm il-futurità kif ukoll il-perpetwità ta’ dan l-għadab divin. Mhux biss hu realtà ċerta fil-futur, iżda meta jitferra’ jkun għadab li jibqa’, għadab li jkompli jkun għadab. “It-turment tagħhom jitla’ għal dejjem ta’ dejjem.” Ħsieb bħal dan jaqsam il-qalb. Meta miljuni ta’ snin ikunu għaddew, xorta waħda jibqa’ għadab li ġej, dejjem ġej bħal xmara tgelgel bla waqfien.

Hekk hu fl-Infern; iridu jmutu, bla ma jistgħu. Maqtugħin u eżiljati permanentement milll-preżenza konfortabbli tal-Ħallieq, iridu jeħilsu minnhom infushom, iżda d-duda tagħhom ma tmutx u n-nar ma jintefiex. Dawn huma realtajiet li jagħmluna sobriji, mentri xi wħud oħra jirribellaw kontra l-avvertiment. Jisħqu li huwa kattiv, ħarex u makabru, bla ma jindenjaw jaħarbu għall-kenn imqiegħed quddiemhom, għand Ġesù, li huwa unikament kompetenti biex jeħlisna minn dan l-għadab, għax ħadu fuqu nnifsu fuq is-salib. Alla dawwar ħarstu minn fuqu biex jilqa’ lilna. Jekk, però, nirroftaw is-sagrifiċċju propizjatorju, kif nistgħu neħilsu jekk nittraskuraw salvazzjoni kbira bħal din? 

Il-pazjent, b’marda terminali, jekk jirrofta l-intervent kirurġiku, ikun qed jikkundanna lilu nnifsu għall-mewt. Wisq agħar jinsab il-bniedem bħala midneb. Kemm ikun aħjar għalih kieku qatt ma twieled! Kemm ikun preferibbli għalih in-nikilazzjoni ta’ persuntu! Iżda le. “Ir-ruħ li tidneb tmut” (Eżekjel 18:4), mhux fis-sens li ma tibqax teżisti, iżda fis-sens li ssofri turufnament dejjiemi minn Alla, li fil-preżenza tiegħu biss hemm il-milja tal-ferħ. 

Inutli bħalissa niddibattu r-rivelazzjoni divina. Kristu fetħilna għajnejna; tkellem fuq l-Infern aktar milli nixtiequ. Ma nafux fejn hu iżda ċertament jeżisti. Meta inkwiżitur kurjuż staqsa lil Wistin x’għamel Alla qabel ma ħoloq id-dinja, l-isqof ta’ Ippona qallu li kien qed jipprepara l-Infern għal kurżitajri bħalu, li m’għandhomx x’jagħmlu ħlief illi jikkwistonjaw u jispekulaw. 

Ftit jimportana fejn jinsab l-Infern. Huma l-egħref nies dawk li jqattgħu ħinhom u ħsibijiethom, u jagħmlu l-almu kollu tagħhom biex jibqgħu barra mill-Infern, aktarx milli jeżerċitaw lilhom infushom f’disputi dwaru.

Talba: “Mulej Ġesù, sforz imħabbtek lejna vżajtna ripetutament dwar id-dlamijiet ta’ barra, fejn ħafna jkunu kkonsenjati minħabba ħżunithom. Fil-Ġenna tiegħek ma jidħol xejn li jħammeġ. Għand min naħrab biex insib refuġju, jekk mhux għandek, ja Ħaruf t’Alla? B’demmek tnaddafni u tagħmilni kwalifikat għal dar Missierek fis-smewwiet. Grazzi tal-wegħda tiegħek illi kull min jiġi għandek int ma tkeċċihx ’il barra.” 

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...