Skip to main content

Fuq ix-Xatt, bil-Mappa

“Il-ħaqq tiegħek hu bħal muntanja ta’ Alla; il-ġudizzji tiegħek bħal abbiss kbir. Mulej, int tgħin lill-bnedmin u ’ll-bhejjem. Kemm hi għażiża t-tjieba tiegħek, o Alla! Għalhekk ulied il-bnedmin iqiegħdu t-tama tagħhom taħt id-dell ta’ ġwinħajk. Bil-ġid ta’ darek jixbgħu, u int tisqihom mix-xmara tal-hena tiegħek. Għax fik hemm l-għajn tal-ħajja; f’dawlek naraw id-dawl” (Salmi 36:6-9).

Mhux wieħed jew tnejn issibilhom storja speċjali x’jirrakkontaw. Ħa nsejhulha, “L-inkontru tiegħi m’Alla.” Jidħlu fid-dettalji u jsostnu illi ħassewh lil Alla. Avolja mhumiex Kristjani, iltaqgħu mal-myterium tremendum. L-esperjenza tagħhom imbagħad jużawha bħala prova li la għandhom bżonn il-Bibbja u wisq inqas id-dommi u l-formoli ekkleżjastiċi dwar Alla. Ma jaraw ebda valur, ngħidu aħna, fil-Kredu tal-Appostli. Ladarba ltaqgħu mal-ħaġa reali, dawn l-artikli mill-antik jidhru ġugarelli, oġġetti pedantiċi għalihom. 

Meta wieħed minn fuq il-plajja jkun osserva b’kemm tagħtih il-vista fuq l-Antlantiku, jekk imbagħad iħares lejn mappa tal-istess oċean, ikun ukoll qed idur minn ħaġa reali għal ħaġa inqas reali. Ikun dar minn mewġ veru għal folja kkulurita. Issa hawn hu l-punt. Nammettu, il-mappa hi biss karta mlewna, iżda hi bbażata fuq l-esperjenza ta’ eluf ta’ nies, x’sabu meta baħħru fuq l-Atlantiku. Għandha warajha toqol ta’ tiġrib daqstant reali bħall-epserjenza individwali minn fuq ix-xatt. 

Id-differenza tinsab hawn: tiegħek hi ħarsa waħda u iżolata, mentri l-mappa tiffittja dawk l-esperjenza kollha f’daqqa. Jerġa’, jekk tixtieq tmur x’imkien, il-mappa hi assolutament essenzjali. Dment li interessat biss b’passiġġati mal-kosta, il-ħars tiegħu hu wisq iżjed sodisfaċenti milli tikkonsulta l-atlas. Imma l-mappa hi wisq iżjed utli minn passiġġati fuq il-kosta jekk biħsiebek tbaħħar lejn l-Amerika. 

It-teoloġija bħal mappa. Jekk tieqaf b’sempliċi tagħlim u katekeżi dwar id-dottrini Kristjani, il-mappa hi bil-qabda inqas interessanti minn laqgħa diretta m’Alla, jew esperjenza ħajja miegħu. Id-dottrini mhumiex Alla: huma speċi ta’ mappa – juruk fejn sejjer u kif tasal. Jekk ma nisimgħux mill-Bibbja, ma jfissirx illi ma jkollniex ideat dwar Alla. Ifisser illi tiġi invażat b’salt ideat żbaljati dwar Alla, ereżiji illi lanqas biss tinduna li huma ereżiji. Jekk tibqa’ injorant dwar il-kontenut tal-Bibbja biex issegwi l-ideat popolari u sekulari tal-moderniżmu tkun qed issofri retrogressjoni – bħal meta llum temmen illi d-dinja hi ċatta. 

Talba: “O Alla tal-eżerċti, int għarraft ismek lin-nies minn kull ġenerazzjoni, u dawn jaqblu bejniethom illi inti spirtu infinit, etern, ma tinbidilx fl-enti tiegħek, fl-għerf, il-qawwa, qdusija, ġustizzja, tjieba u verità. Bl-umiltà u fl-għaqda magħhom jien nagħtik qima, ġieħ u glorja, issa u għal dejjem. F’isem Ibnek Ġesù. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...