Skip to main content

Ħolqien Ġdid

“L-imħabba ta’ Kristu tikkontrollana, billi kkonkludejna dan, illi wieħed miet għal kulħadd, u għalhekk ilkoll mietu. U miet għal kulħadd, sabiex dawk li jgħixu ma jmisshomx jgħixu iżjed għalihom infushom, iżda għal dak li miet għalihom u kien irxoxtat. Għalhekk aħna, minn issa ’l quddiem, ma nistmaw lil ebda wieħed minn perspettiva mondana. Għalkemm darba stmajna lil Kristu minn perspettiva mondana, madankollu issa ma nafuhx iżjed hekk. Għalhekk, jekk xi ħadd hu fi Kristu, hu ħolqien ġdid. Il-ħwejjeġ qodma għaddew; ara, saru ġodda! Dan kollu hu mingħand Alla, li rrikonċiljana miegħu nnifsu permezz ta’ Kristu u tana l-ministeru tar-rikonċiljazzjoni, ċoè, Alla kien qed jirrikonċilja d-dinja miegħu nnifsu fi Kristu, bla ma jgħodd l-offiżi tagħhom kontrihom. U kkommettielna l-kelma tar-rikonċiljazzjoni” (2 Korintin 5:14-19).

Irridu naħsbu bil-ħsieb t’Alla biex niġu f’postna. Il-problema u l-isfida hi waħda: ħsibijietu radikalment differenti minn ħsibijietna. Ma tistax tersaq lejn Alla l-kbir u tibqa’ kif tkun, iffissat fuqek innifsek u ingrat u suspettuż. Ikollok iċċedi kollox, ikollok tikklirja moħħok, ikollok bżonn qalb ġdida u għajnejn f’fakoltà ġdida. 

Meta tirrikorri lejn Alla, tkun qisek ħarist min-naħa l-oħra tas-sema. Tara l-istess affarijiet iżda minn punto di vista differenti. Id-difett tiegħek, li darba seta’ jkun skużat f’dinja trivjali, issa hu serju u kbir. L-indiema, appuntu, mhi xejn ħlief il-kisba ta’ perspettiva ġdida: tara d-dnub b’lenti differenti, il-ħwejjeġ eterni minn perspettiva differenti. Tevalwa l-affarijiet mill-angolu t’Alla. Jekk Ġesù kont tikkonsidrah bħala dik il-figura mċajpra b’seħer idilliku, issa tarah b’vista kkoreġuta. Tarah kif jarah il-Missier. Tintebaħ illi fih għoġob il-Missier illi tgħammar il-milja kollha. 

Meta nwarrab ħsibijieti dwar il-ħajja sabiex nikseb il-ħsibijiet t’Alla, Kristu jsir l-għotja ta’ qalb Alla għalija, Ħellies li fih tikkonsisti l-qawwa tal-ħajja ġdida tiegħi, Dawwal li mingħandu nitgħallem kif imissni naħseb dwar Alla u l-bniedem. “Għalhekk,” jissorprendina l-appostlu, “jekk xi ħadd hu fi Kristu, hu ħolqien ġdid. Il-ħwejjeġ qodma għaddew; ara, saru ġodda!”

Il-ġudizzji qodma tiegħek, l-istima u l-ivvalutar tiegħek, jinbidlu radikalment. Issib lilek innifsek f’dinja bħallikieku rinovata. Attwalment tkun int ir-rinovat. Issib lilek innifsek tgħum f’ambjent bħallikieku nadif. Attwalment tkun int il-maħsul u l-imnaddaf. 

Ebda psikologu, ebda antropologu, ebda profesur, ebda edukatur, ebda riformista, ebda soċjologu mhu kapaċi jintroduċi bidla bħal din. Ħadd ħlief Kristu! Hi r-rieda ridentiva t’Alla, li kapaċi jissuġġetta kollox għalih innifsu. 

Talba: “Mulej Alla omnipotenti, diġà bdejt xogħol tajjeb fija. Diġà ġġustifikajtni u issa qed tissantifikani. Għadni xogħol għaddej. Hu xogħlok li għad jilħaq il-kompletezza tiegħu mal-parusija ta’ Ibnek Ġesù. Għax int ma tikkuntentax b’nofs miżuri. Infaħħrek għall-imħabba rebbieħa tiegħek. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis

Lejk Nerfa' Għajnejja

“Lejk nerfa’ għajnejja, o int li tgħammar fis-smewwiet. Ara, bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn id sidhom, u bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn sidtha, hekk għajnejna jħarsu lejn il-Mulej, Alla tagħna, sakemm ikollu ħniena minna. Ħenn għalina, o Mulej, ħenn għalina, għax aħna mxebbgħin għall-aħħar bit-tgħajjir. Ruħna mxebbgħa żżejjed biż-żebliħ ta’ dawk li huma paxxuti, u bit-tgħajjir tal-imkabbrin” (Salmi 123:1-4).  Huwa adatt li aħna nitolbu għar-rilif mill-istmellija. Sakemm għandna n-nifs, huwa preġju u żina għalina li nfittxu ’l Alla għall-għajnuna u gwida. Evidentement das-salm huwa t-tnegħida ta’ wieħed (ma’ fidili sħabu oħrajn) li jinsab fl-arena, f’sitwazzjoni iebsa, imkeskes minn nies ħżiena u mgħobbi bl-istmellija u d-disgust tagħhom.  Imma Alla, li jippermetti d-dwejjaq jinvistana biex sikwit jgħammar magħna, jista’ jneħħih, isostnina taħtu jew jislet il-ġid minnu. Kif jista’ Alla jwarrab talb bħal dan, kif imlissen hawn? Alla kapaċi u difatti jintervie

Id-Drawwa

“Ġesù rritorna fis-setgħa tal-Ispirtu fil-Galilija, u r-rapport dwaru infirex mal-inħawi kollha. Hu għallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd. Mar f’Nażaret, fejn trabba, u skont id-drawwa tiegħu mar fis-sinagoga f’jum is-Sibt. U qam biex jaqra Tnewwillu l-iskroll tal-profeta Isaija. Fetaħ l-iskroll u sab il-post fejn kien hemm miktub: ‘L-Ispirtu tas-Sid fuqi għax unzjonani ħalli nxandar l-evanġelju lill-foqra. Bagħatni nipproklama l-liberazzjoni lill-ikkaptivati, u dawl mill-ġdid lill-għomja, nibgħat illiberati lill-oppressati, nipproklama s-sena favorevoli tas-Sid.’ Imbagħad gerbeb l-iskroll, raddu lill-attendent u ntnasab bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu ssommati fuqu, u beda billi qalilhom, “Illum twettqet din l-Iskrittura li għadkom kemm smajtu’” (Luqa 4:14-21).  Hu sinifikanti ħafna kif hawn jingħad illi Ġesù attenda l-qima fis-sinagoga “skont id-drawwa tiegħu.”  Id-drawwa, imħaddma tajjeb u bil-għaqal, fiha valur imprezzabbli. Issirilna t-tien