Skip to main content

Il-Mulej Jirrestawra

“Meta trejqu, Ġesù qal lil Xmun Pietru, ‘Xmun bin Ġwanni, verament tħobbni iżjed minn dawn?’ ‘Iva, ja Sid,’ qallu, ‘int taf illi nħobbok.’ Ġesù qallu, ‘Agħlef il-ħrief tiegħi.’ Reġa’ staqsieh it-tieni darba, “Xmun bin Ġwanni, verament tħobbni?’ Wieġbu, ‘Iva, ja Sid, int taf illi nħobbok.’ Qallu Ġesù, ‘Irgħa n-nagħaġ tiegħi.’ Staqsih it-tielet darba, ‘Xmun bin Ġwanni, tħobbni?’ Pietru tnikket għax qallu t-tielet darba, ‘Tħobbni?’ Qallu, ‘Ja Sid, int taf kollox; int taf illi nħobbok.’ Ġesù qallu, ‘Agħlef in-nagħaġ tiegħi’” (Ġwanni 21:15-17).

Aħjar nagħmel żball onest milli ma nagħmel xejn għax nibża’ li nagħmel żball. Ordinarjament ikolli nitqanna bil-konsegwenzi umani u materjali tad-deċiżjonijiet żmerċi illi nieħu. Sikwit inġib in-niket fuqi nnifsi minħabba li riġlejja jidħlu fi sqaqien. 

B’daqshekk ninsab f’kumpanija tajba. Nies kbar ikkommettew żbalji gravi inkwantu r-rieda t’Alla għalihom. David bi stinazzjoni għamel iċ-ċensiment tal-poplu. Pietru bbojkottja lill-fidili Ġentili. Mosè qatel lill-Eġizzjan biex mingħalih ifiehem lill-Ebrej illi kien hu l-feddej tagħhom. Ġakobb għadda ’l missieru stess minn għajn il-labra. Nistgħu nibqgħu nżidu mal-lista. 

Ħadd minnhom ma waqa’ hekk li baqa’ xkanat mal-art, jew sar għal dejjem diżapprovat. Ilkoll irċevew il-maħfra u ġew restawriti. Difatti l-vera qaddisin hekk jgħaddu minn jum għal jum – b’maħfra kostanti. Meta ma nifhimx x’irid preċiżament Alla minni jkun wisq inqas gravi milli nifhimha u nibqa’ ma nagħmilhiex. 

Jekk Ġesù laqa’ lura lil Pietru wara ċ-ċaħda tripla tiegħu, jilqa’ lili. Jekk il-Mulej għannaq miegħu għal darb’ oħra lil David wara l-adulterju u wara li Urija safa eliminat fuq l-ordni tiegħu, jilqa’ lili. Jekk nidneb kontrih seba’ darbiet f’jum, seba’ darbiet jilqagħni lura. U bl-istess spirtu jikkmandani nagħmel l-istess ma’ ħaddieħor. 

Talba: “Alla tas-sema, int qaddis, qaddis, qaddis! Kieku kellek iżżommilna kont ta’ ħtijietna ħadd minna ma jieqaf quddiemek. Ilkoll nisfaw taħt kundanna u piena ġusta. Iżda mingħandek tiġina l-maħfra, bil-fidwa maħduma minn Ibnek Ġesù, biex hekk inqimuk b’kull reverenza u nimxu quddiemek b’umiltà u rikonoxximent. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...