Skip to main content

Mexxina, u Nimxu

“David staqsa lill-Mulej, u l-Mulej qallu: ‘La titlax dritt għalihom, iżda dur għal warajhom, u tiġi fuqhom quddiem is-siġar tal-balsmu. U jiġri, xħin tisma’ ħoss ta’ mixi fil-quċċata tas-siġar tal-balsmu, intefa’ malajr għat-taqbida, għax imbagħad il-Mulej jimxi quddiemek biex ikisser l-eżerċtu tal-Filistin.’ Imbagħad David għamel hekk, bħalma kkmandah il-Mulej, u kisser il-Filistin minn Geba sa ma tasal Geżer” (2 Samwel 5:23-25).

Meta l-Mulej jitħarrek għandna nitħarrku aħna. L-Ispirtu t’Alla jonfoħ fejn jogħġbu, u aħna nisimgħu l-ħoss tiegħu. Dan hu l-ħin propizju għalina meta jmissna niċċaqilqu iżjed minn qatt qabel. Jeħtieġ naħtfu l-opportunità, u nisfruttaw kull bieb miftuħ. Jonqos minna li niġġieldu kontra l-Filistin kull ħin; iżda meta l-Mulej innifsu joħroġ quddiemna, għandna nkunu speċjalment qalbiena fit-taqbida.

Iż-żiffa ħarrket il-qċaċet tas-siġar; David u niesu interpretaw dan bħala sinjal biex jattakkaw. Malli avvanzaw kontra l-għadu, il-Mulej innifsu darab il-Filistin. Forsi l-istaġun meta nirbħu ħafna erwieħ għas-saltna wasal. Ħa nżommu widnejna miftuħa biex nisimgħu t-tħaxwix tar-riħ, u moħħna dejjem lest biex jobdi s-sinjal. 

Alla l-kbir tana wegħda: “Imbagħad il-Mulej jimxi quddiemek biex ikisser l-eżerċtu tal-Filistin.” M’għandhiex din tkun inkuraġġiment biżżejjed biex nġibu ruħna ta’ rġiel? Ladarba l-Mulej joħroġ qabilna, ma nissograwx nibqgħu lura.

Talba: “Alla u Missier Sidna Ġesù, agħtina llum ftuħ biex nitkellmu għalik ma’ ħafna minn ħbiebna u qrabatna. Int titħassar in-nies mitlufa, imtaqqla bid-dnub u l-ħtija. Bħalma bgħattna għandhom, żejjinna bil-kumpassjoni tiegħek lejhom. Ħa nkunu dejjem għassa biex nagħmlu l-aħjar li nistgħu meta naraw il-bieb miftuħ, ħalli nappellawlhom jilqgħu r-rikonċiljazzjoni maħduma f’Ibnek Ġesù. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...