Skip to main content

Għix il-Ħajja tas-Salib

“Malli l-għaxra semgħu dan, bdew isiru indignati għal Ġakbu u Ġwanni. Ġesù sejħilhom lejh u qalilhom, ‘Tafu illi dawk rikonoxxuti bħala ħakkiema fuq il-Ġentili jiddominaw fuqhom, u l-kbarat tagħhom jeżerċitaw awtorità sħiħa fuqhom. Imma mhuwiex hekk fostkom; anzi, kull min irid isir kbir fostkom għandu jkun serv tagħkom, u kull min irid ikun l-ewwel fostkom għandu jkun ilsir ta’ kulħadd. Għax saħansitra Bin il-Bniedem ma ġiex biex ikun servut, iżda biex iservi u biex jagħti ħajtu bħala riskatt għal ħafna’” (Mark 10:41-45). 

It-tagħlim l-iżjed radikali ta’ Ġesù kien it-taqliba totali tal-idea kontemporanja dwar min għandu jitqies bħala kbir. It-tmexxija tinstab filli wieħed isir serv ta’ kulħadd. Il-poter hu skopert fis-sottomissjoni. Is-simbolu prominenti ta’ din is-servitudni radikali hu s-salib. Ġesù umilja lilu nnifsu; ma qagħadx ifittex min se jaqdih. Aktarx ħa l-inizjattiva u qeda hu. Sefter kontinwament sal-punt illi sar ubbidjenza sal-mewt, anzi sa mewt fuq l-għuda tas-salib (Filippin 2:8). 

Tajjeb ninnotaw: Kristu mhux biss miet il-mewt tas-salib, iżda għex il-ħajja tas-salib. Il-mogħdija tas-salib, it-triq ta’ qaddej isofri kienet essenzjali għall-ministeru tiegħu. Għex il-ħajja tas-salib f’sottomissjoni għall-bnedmin, avolja kien u jibqa’ Sidhom. Sar qaddej ta’ kulħadd. 

Irrofta bla riżerva l-assunzjonijiet kulturali rigward pożizzjoni u poter, meta qal, “Intom tkunux imsejħin ‘Rabbi,’ għax wieħed hu l-Għalliem tagħkom, u intom ilkoll aħwa. U ssejħu ’l ħadd missierkom fuq l-art, għax wieħed hu Missierkom, dak smewwieti. Lanqas m’għandkom tkunu msejħin gwidi, għax il-Gwida tagħkom hu wieħed, Kristu. L-ikbar fostkom se jkun serv tagħkom” (Mattew 23:8-11).

Aktar: Ġesù farrak il-konswetudnijiet ta’ żmienu meta għex il-ħajja tas-salib billi ħa n-nisa bis-serjetà u kien lest jilqa’ għandu t-tfal ċkejknin. Għex il-ħajja tas-salib meta qabad xugaman u ħasel riġlejn id-dixxipli. Dan Ġesù, li faċilment seta’ appella għal leġjun ta’ anġli biex jgħinuh, minflok għażel il-mewt tas-salib fuq il-Golgota. Ħajtu kienet il-ħajja tas-salib: sottomissjoni sempliċi u servizz kontinwu. Mewtu kient il-mewt tas-salib: il-konkwista ġabha bis-sofferenza. 

Talba: “Mulej Ġesù, int sirt bniedem bħalna għax bħala Alla l-kumpassjonali ma kellekx dahar fuq xiex tissawwat. Ma kellekx laħam biex fuqu tirċievi d-daqqiet, il-bżieq u t-tingiż; stajt tippritkalna l-mogħdrija iżda ma stajtx tesprimiha magħha – ħlief f’ġisem mogħti bħala offerta rigward id-dnub ħalli attwalment tikkundanna d-dnub fil-bniedem midneb. Bħala d-dixxipli tiegħek, agħtina l-kapaċità u r-rieda biex naġixxu bħalek.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...