Skip to main content

Dil-Marda Mhix Għall-Mewt

“Issa kien hemm ċertu wieħed marid, Lażżru minn Betanja, ir-raħal ta’ Marija u oħtha Marta. Kienet din Marija li dilket lis-Sid bil-fwieħa u xxottatlu saqajh b’xagħarha, li ħuha Lażżru kien marid. Għalhekk l-aħwa bagħtu għandu jgħidulu, ‘Ja Sid, dak li tħobb int jinsab marid.’ Imma malli sema’ hekk, Ġesù qal, ‘Dil-marda mhix għall-mewt, iżda għall-glorja t’Alla, sabiex biha jkun igglorifikat Bin Alla.’ Ġesù kien iħobb lil Marta u ’l oħtha u ’l Lażżru. Għalhekk meta sema’ illi kien marid, imbagħad baqa’ jumejn oħra fil-post fejn kien” (Ġwanni 11:1-6).

Sikwit jiġri illi ċerti okkorrenzi jintervienu f’ħajjitna b’tali mod u manjiera illi donnhom jikkontradixxu l-verità t’Alla. Apparentement imorru kontra l-wegħda divina. Għalhekk, jekk niġġudikaw mill-ħars u d-dehra, inkunu spiss ingannati. Kelmet Alla waħidha hi r-regola tal-fidi. Kulma ddikjara hu ċertament jiġri, avolja qisu jeħodha kontra r-raġuni karnali. 

Hekk Sidna jgħid dwar Lażżru, “Dil-marda mhix għall-mewt.” Frattant aktar tard id-dixxipli tiegħu jinformawh fiċ-ċar, “Lażżru miet.” Ġesù skopra illi kien ilu erbat ijiem fil-qabar meta wasal hu. 

Imma s-Sid, li għandu l-qawwa fuq il-mewt u l-qabar, kien jaf bl-intenzjoni fih innifsu biex iqajmu mill-mewt, għall-glorja tal-Missier kif ukoll biex isebbaħ lilu nnifsu. Minħabba f’hekk ġie fid-dinja. Għaldaqstant, fil-ħajja u bil-mewt ta’ Kristu, il-glorja timmultiplika lil “Alla fl-ogħla, u paċi fl-art, rieda tajba lill-bnedmin.”

Ġesù kien iħobbu lil Lażżru? L-għajnejn kumpassjonali tiegħu xerrdu dmugħ ta’ affezzjoni fuq il-qabar ta’ ħabibu. U liema kumpanija innumerabbli ta’ midinbin imsejkna raw għajnejh! Agħar minn Lażżru, kienu mhux biss lil hinn minn kull tama, iżda attwalment “mejtin fit-trasgressjonijiet u fid-dnubiet.” U dwarhom jgħid ukoll, “Dil-marda mhix għall-mewt.” Il-mewt eterna mhix se tiddomina fuqhom. Għall-kuntrarju, irid li Missieru jkun glorifikat, u hu nnifsu glorifikat, filli jgħajjixhom u jqajjimhom bħala l-maħturin u l-maħbubin t’Alla, ilkoll kemm huma l-membri ta’ ġismu. 

Talba: “Inroddlok ħajr, Mulej, talli għażiltni mill-eternità, u fiż-żmien sejjaħtli bil-grazzja tiegħek. Ħajtek hi ħajti, int fija u jiena fik, għax jien ma ngħixx iżjed, iżda int tgħix fija, u l-ħajja preżenti tiegħi ngħixha bil-fidi fik. Agħmel illi din il-verità sublimi tintwera fil-konkret bil-mod kif nimxi minn jum għall-ieħor. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...