Skip to main content

X'Int?

“Imbagħad Ġesù qalilhom, ‘Dal-lejl intom ilkoll se tkunu offiżi minħabba fija. Għax hu miktub: “Se nolqot lir-ragħaj u jitferrxu n-nagħaġ tal-merħla.” Imma wara li nkun irxoxtat, immur qabilkom fil-Galilija.” Pietru rrispondih, ‘Imqar jekk kulħadd se jkun offiż minħabba fik, jien qatt mhu se nkun offiż.’ ‘Tassew ngħidlek,’ qallu Ġesù, ‘f’dal-lejl stess, qabel ma jidden is-serduq, tiċħadni tliet darbiet.’ Iżda Pietru ddikjara, ‘Anke jekk ikun jeħtieġli mmut miegħek, qatt mhu se niċħdek!’ L-istess ħaġa wkoll qalu d-dixxipli kollha” (Mattew 26:31-35).

Meta nkunu maħsudin, ħabta u sabta, ninkixfu minn tabilħaqq aħna. Jekk għandek il-ġrieden u firien fil-kantina, iċ-ċans li tarahom huwa jekk tinżel fil-kantina għall-għarrieda. L-entratura tiegħek għall-għarrieda ma toħloqx il-ġrieden, imma biss ma ħallitilhom ebda opportunità biex jistaħbew. Bl-istess mod, l-aħjar evidenza għal x’tip ta’ persuna int tinsab fir-reazzjoni tiegħek meta ma tkunx viġilanti. Pereżempju, provokazzjoni fid-daqqa u l-ħin ma tagħmlikx rasek sħuna, imma hi prova kemm int maħkum minn spirtu ta’ għadab. 

Ħu l-bniedem fl-erba’ elementi tiegħu, tal-art, l-arja, in-nar u l-ilma. Fl-art, hu għabra ttir; fl-arja, hu fwar qed jisparixxi; fl-ilma, hu bużżieqa qed tinfaqa’; u fin-nar, hu duħħan soffokanti. Osservazzjonijiet xejn kumplimentużi.

Dan l-assessment mhuwiex wieħed pessimist; hu wieħed realist. “X’inhu l-bniedem?” Jekk tistaqsi lil Isaija, jgħidlek, “Kull bniedem bħall-ħaxix.” Jekk tikkonsulta ma’ David, bla tidwir mal-lewża jgħidlek, “Il-bniedem hu gidba,” mhux giddieb biss, jew ingannatur, imma “gidba.” It-tweġibiet, imqanqla mill-Ispirtu tal-verità, ma jneffħuniex; aktarx jumiljawna. Ma jumiljawniex biex niddispraw bla tama, imma jiddisprawna minna nfusna, biex infittxu sokkors band’ oħra. In-natura umana tagħna hi għadu għan-natura t’Alla, fil-qdusija u l-ġustizzja tiegħu; kieku l-bniedem jiġih iċ-ċans, jaqla’ lil Alla mit-tron sovran tiegħu. Imma, kos, iċ-ċans ġieh, u mhux biss neżżgħu mill-abiti rjali iżda qatlu fuq il-Golgota. 

Talba: “Imħabbtek, Jaħwe, tilħaq lill-ħlejjaq kollha tiegħek! Aktar minn hekk, għadek sal-lum tgħolli lill-bniedem lejn il-Ġenna tiegħek. Bi dnubna rridu bħallikieku nċekknu, jew agħar, ninnegaw, lilek, Alla l-kbir. U xorta waħda int tkabbar lill-bniedem, minkejja l-monstrożità ta’ dnubu! Dan hu tassew ir-renju tal-grazzja! Irċievi mingħandna, il-mifdija tiegħek, tifħir u sebħ!”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...