Skip to main content

Il-Kura Għall-Għira

“La tħallix qalbek tgħir għall-midinbin, iżda għix kuljum fil-biża’ tal-Mulej. La tgħirx għan-nies ħżiena u lanqas tixtieq toqgħod magħhom, għax qalbhom taħseb fuq il-ħsara, u fuq id-deni jitkellmu xofftejhom. La tisħonx minħabba dawk li jagħmlu d-deni, u la tgħirx għall-ħżiena, għax għall-ħażin m’hemmx futur; il-musbieħ tagħhom jintefa. Il-qilla krudila u l-għadab dulluvju, iżda min jista’ jieqaf quddiem l-għira?” (Proverbji 23:17; 24:1-2,19-20; 27:4).
Meta naraw li kulma jmissu l-ħżiena jsirilhom deheb, ikollna tentazzjoni ngħiru għalihom. Meta nisimgħu l-ħoss vulgari tal-iffestiġġjar tagħhom, filwaqt li l-ispirtu tagħna hu tqil, nibdew naħsbu li huma aħjar minna. Il-ġelożija tinbixna; insibuha diffiċli nirreżistuha. Nibdew nissuspettaw illi tabilħaqq Alla ma jagħtix kas, jew inkella nsiena. Niddubitaw hemmx ġustizzja jew le.
Ħsibijiet bħal dawn huma bluha u ġenn. Kieku lill-ħżiena nafuhom aħjar, u speċjalment meta niftakru fit-tmiem traġiku tagħhom, nitħassruhom.
Il-kura għall-għira tinsab meta wieħed jitgħallem jgħix tant b’sens kontinwu tal-preżenza divina, illi jqimu u jonorah bħala Alla s-Suprem, u jgawdi xirka miegħu matul il-jum. Il-fidi, maħduma fina mill-Ispirtu s-Santu, tgħolli r-ruħ f’reġjun ogħla, fejn niżnu kollox aħjar u naraw iżjed ċar. Ix-xewqat tagħna, bħala riżultat, isiru iżjed elevati. Aktar ma ħajjitna tkun mimlija bil-Ġenna, inqas nitwebblu għall-ħwejjeġ terrestri.
Biss il-biża’ t’Alla jkeċċi l-għira li jista’ jkollna għal ħaddieħor. Il-ġelosija tieħu daqqa ta’ mannara meta nikkonsidraw sewwa l-ġejjieni. Hemm ġudizzju. Ċertament Alla waqqat jum li fih se jagħmel ħaqq rett minn kulħadd. F’dan id-dawl ir-rikkezzi u x-xinxilli tal-ħżiena jsiru esibizzjoni vanituża. Did-dehra pompuża tleħħ għal siegħa waħda, imbagħad tintefa. X’isir minnu l-għani midneb meta jidher biex jagħti rendikont tiegħu nnifsu quddiem l-Imħallef etern?
Talba: “Mulej, int iddikjarajtni ġust bid-demm ta’ Kristu, u issa qed tagħmilni ġust fl-imġiba tiegħi. Grazzi talli twegħidni illi t-tmiem tiegħi se jkun paċi u barka, u kif ħadd ma jista’ jisraqli l-ferħ tiegħi fik. Għinni narmi kull għira sabiex minflok nimtela b’kuntentizza ħelwa, meta naf li rriżervajt għalija wirt smewwieti, bil-merti ta’ Ibnek Ġesù.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

O Alla, Inqimek u Nadurak

“Għaldaqstant, neħħu kull ħmieġ morali u ħażen tant prevalenti, u bil-manswetudini ilqgħu l-kelma mħawla fikom, li kapaċi ssalva erwieħkom. Imma siru għammiela tal-kelma, u mhux sempliċement semmiegħa, altrimenti tilludu lilkom infuskom. Għax jekk xi ħadd hu semmiegħ tal-kelma u mhux għammiel, dan donnu raġel li jikkonsidra l-wiċċ naturali tiegħu f’mera: appena ħares lejh innifsu, telaq, u malajr nesa liema speċi ta’ persuna kien. Imma min jittawwal b’attenzjoni fil-liġi perfetta, il-liġi tal-libertà, u jkompli fiha, mhux isir semmiegħ li jinsa iżda jpoġġiha fil-prattika, dan se jkun imbierek f’għemilu” (Ġakbu 1:21-25). Prijorità numru wieħed: nitgħallem insir qejjiem. “Adoro Te.” Hi ċentrali, u kollox suppost jirrivolvi magħha, bħalma l-pjaneti jduru max-xemx. Attwalment mhuwiex hekk. Għad hemm x’wieħed jaqdef. Sakemm nibqgħu naduraw xogħolna b’tant impenn, u naħdmu b’tant serjetà fil-logħob tagħna, il-probabbiltà tkun li nibqgħu nilagħbu fil-qima tagħna. Frattant Alla Tr...