“‘Għall-ġudizzju jien ġejt f’did-dinja,’ qal Ġesù, ‘sabiex dawk li ma jarawx jaraw, u dawk li jaraw isiru għomjin.’ Xi wħud mill-Fariżej li kienu miegħu semgħu dan u staqsewh, ‘Xiex? Jaqaw aħna wkoll għomjin?’ Ġesù qalilhom, ‘Kieku kontu għomjin, ma kienx ikollkom dnub; imma ladarba issa tikklejmjaw, “Aħna naraw,” dnubkom jibqa’” (Ġwanni 9:39-41). Kull meta ninġabru flimkien biex inlaqqtu xi verità pertinenti għalina mill-Iskrittura, bix-xieraq inkun persważ li l-katekeżi, l-ippritkar u kwalunkwe tagħlim qatt mhu suffiċjenti fih innifsu, avolja jista’ jkun ortodoss. It-tagħlim iressaq id-dawl, imma mhuwiex kompitu tiegħu jagħti l-vista. Il-mexxejja reliġjużi Lhud iċċassaw lejn id-Dawl tad-dinja karina sħiħa. Flok raw, sfaw ikkonfermati fl-għama tagħhom. Xokkanti l-ħsieb. “Kieku kontu għomjin, ma kienx ikollkom dnub; imma ladarba issa tikklejmjaw, ‘Aħna naraw,’ dnubkom jibqa’,” kien il-verdett finali fuqhom. Dawl u vista mhumiex sinonimi; għalkemm għandna x’nambuhom it-tnejn,...