Skip to main content

Posts

Showing posts from October, 2018

Imħabba fil-Prattika

“L-imħabba hi paċenzjuża, l-imħabba beninna. Mhix ġeluża; l-imħabba ma tiftaħarx biha nfisha u mhix kburija. Ma taġixxix indeċentement, ma tfittixx l-interessi tagħha nfisha, mhix irritata faċilment, ma tirrekordjax il-ħażen immirat kontriha. L-imħabba ma tifraħx bl-inġustizzja, imma tifraħ flimkien mal-verità. Iġġerragħ kollox, temmen kollox, tittama kollox, tippersevera f’kollox. L-imħabba qatt ma tispiċċa. Imma sew jekk hemm doni ta’ profeziji, għad ikunu aboliti; jew ilsna, għad jehdew; jew tagħrif, għad jkun abolit” (1 Korintin 13:4-8). L-imħabba hi l-ispirazzjoni, l-omm, is-sustanza, u l-għerq tal-virtujiet kollha. Kull min jikklejmja li għandu xi relazzjoni vitali mal-Ħallieq tiegħu jħobb ukoll il-ħlejjaq tiegħu, bħalma ma tistax tħobb lil ħabibek mingħajr ma tħobb lil uliedu, avolji jistgħu jkunu mqarbin.  B’daqshekk m’aħniex ngħidu li huwa suffiċjenti tagħti l-farka kultant; insapportabbli naraw il-faqar jiddependi fuq il-karità, u jibqa’ jissussisti minħabba l-kari

Il-Verità

“Żomm il-mudell ta’ kliem korrett li smajt mingħandi, fil-fidi u l-imħabba fi Kristu Ġesù. Għasses id-depożitu t-tajjeb fdat lilek permezz tal-Ispirtu s-Santu li jgħammar ġewwa fina...Fakkarhom f’dawn il-ħwejjeġ. Wissihom solennement quddiem Alla biex ma jinstarmux f’tilwim dwar kliem li mhu utli għalxejn, ħlief li jwassal għar-rovina tas-semmiegħa. Ħabrek biex tippreżenta lilek innifsek quddiem Alla bħala wieħed approvat, ħaddiem li m’għandux mniex jistħi, li jittratta b’akkuratezza l-kelma tal-verità” (2 Timotju 1:13-14; 2:14-15). M’hemm ebda pedament ieħor għall-knisja ħlief Ġesù. Fuqu, fuq il-verità evanġelika proklamata dwaru, il-knisja ssib is-sigurtà u l-futur tagħha, sakemm tibqa’ żżomm sħiħ id-depożitu sabiħ li rċeviet bħala l-partiketta u l-pilastru tal-verità. Il-prinċipji mgħallma lilha hi obbligata tgħaddihom lid-dinja. Huma immutabbli u universali, u għaldaqstant impossibbli tixjieħ jew issir skaduta. Hi s-soċjetà maħtura, għal kull epoka u lokalità, għal kull qagħ

L-Għażla t'Alla u d-Dmir Tiegħi

“Aħna jmissna dejjem nirringrazzjaw ’l Alla għalikom, l-aħwa maħbubin mis-Sid, għax Alla għażilkom mill-bidu għas-salvazzjoni permezz tas-santifikazzjoni tal-Ispirtu u fidi fil-verità, li għaliha sejħilkom permezz tal-evanġelju tagħna, għall-otteniment tal-glorja ta’ Sidna Ġesù Kristu. Hekk mela, l-aħwa, ieqfu sħiħ, u aqbdu sod mat-tradizzjonijiet li kontu mgħallmin, sew jekk bid-diskors jew b’epistola tagħna. M’hemmx li Sidna Ġesù Kristu nnifsu u Alla Missierna, li ħabbna u tana faraġ etern u tama tajba bil-grazzja tiegħu, jinkuraġġixxi qlubkom u jistabbilikom f’kull opra u kelma tajba” (2 Tessalonkin 2:13-17). Ultimament, jekk ikollna mmorru f’ras il-għajn, hu rivelat lilna illi l-ħajja eterna ngawduha minħabba l-għażla divina. Alla l-Missier għażel nies għas-salvazzjoni eterna għax kien jafhom minn qabel, ċoè ħabbhom. Innota, “jafhom minn qabel,” mhux jaf xi ħaġa dwarhom minn qabel; mhux għax kien jaf li se jemmnu fih, jew se jindmu, jew kellhom rieda tajba, iżda għażilhom g

Lejn l-Unità fil-Fidi

“F’dawn id-direttivi li ġejjin ma nfaħħarkomx, għax tinġabru flimkien mhux għall-aħjar iżda għall-agħar. L-ewwel nett, nisma’ li meta tinġabru flimkien bħala knisja, jeżistu diviżjonijiet fostkom, u parzjalment nemmnu dan. Infatti jeħtieġ ikun hemm fazzjonijiet fostkom sabiex l-approvati minn Alla jsiru manifesti fostkom” (1 Korintin 11:17-19). Mhux faċli tidentifika lilek innifsek ma’ moviment, li għalkemm mondjali fil-firxa, jagħti impressjoni ta’ kontradizzjonijiet, dissens u nuqqas ta’ fehma u unità. Imma Alla jaf jumiljana, u kulħadd għandu l-għan tiegħu. Fl-aħħar mill-aħħar, il-bini tal-knisja hu xogħol għadu għaddej, mhuwiex lest. Għadna qegħdin nikbru biex korporalment insiru bħal raġel fl-aħjar ta’ żmienu, fil-fidi, fl-imħabba, fil-għaqda fraterna. Min qal li wasalna? M’inix b’daqshekk qed niskuża l-firdiet u n-nuqqas ta’ qbil dottrinali. Altru! Dawn ir-realtajiet idejquna u jiskormentawna. Denominazzjonijiet għandna aktar minn biżżejjed, u jkun dnub waħħaxi taqsam

Il-Mannara

“Min jimxi dritt jimxi bla biża’, iżda min jgħawweġ triqatu jinqabad. Miżien qarrieq jistkerrhu l-Mulej, iżda wżin sħiħ hu l-għaxqa tiegħu. L-integrità tan-nies retti tmexxihom, iżda l-ħżunija tal-qarreqin teqridhom. Aħjar il-fqir li jimxi fis-sewwa tiegħu milli wieħed imħassar fi kliemu, u iblah. Ir-raġel ġust jimxi fis-sewwa tiegħu; uliedu huma henjin warajh” (Proverbji 10:9; 11:1,3; 19:1; 20:7).  Alla ġust; fil-liġi jgħallem lill-poplu tiegħu biex jimxu b’ġustizzja, onestà u integrità bejniethom. “La tqarrqux fil-ħaqq tagħkom, fil-qjies, fl-użin jew fil-kejl. Għandu jkollkom miżien sewwa, użin sewwa, efa sewwa u hin sewwa” (Levitiku 19:36). Madwarna nsibu qerq u diżonestà kontinwa. Kulħadd jiġbed lejn xawwatu bla ma jħabbel rasu għal ħaddieħor. Ħafna saru sinjuri għad-dannu tal-oħrajn. B’kuntrast, ulied Alla msejħin biex ma jaqblux ma’ did-dinja u l-pattern ta’ ħsibijietha. Avolja jekk kulħadd inassas u jipprova jinganna b’sieħbu, ħalli aħna d-dixxipli ta’ Ġesù Kristu nil

Bid-Dawl Jiddi Minnek

“Intom il-melħ tal-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, b’xiex se jerġa’ jitmellaħ? Għalxejn ma jgħodd iżjed ħlief biex jinxteħet barra u jintrifes mill-bnedmin. Intom dawl id-dinja. Belt imqiegħda fuq għolja ma tistax tinħeba, lanqas ma jixegħlu lampa u jqegħduha taħt il-modd, iżda fuq l-istend, u ddawwal lil dawk kollha fid-dar. Hekk ħallu dawlkom jiddi quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-atti tajbin tagħkom u jigglorifikaw lil Missierkom fis-smewwiet” (Mattew 5:13-16). L-ewwel u qabelxejn irridu naħsbu korrett: dan hu l-ewwel prinċipju tal-ħajja morali. Il-ħsieb ikun ittemprat, mixħut fid-direzzjoni t-tajba, jekk nagħrfu njassru l-ispekulazzjonijiet li jimmilitaw kontra t-tagħrif t’Alla, u nwaqqgħu l-argumenti karnali u kull kburija li tarroga l-post tal-fidi. Għax ma jista’ jkun hemm ebda moralità aċċettabbli mingħajr fidi fi Kristu, u l-fidi fih hi noneżistenti jekk mhix abbinata ma’ ħajja etika. Mingħajr moralità l-bniedem hu sħaba bla ilma, siġra bla frott. Kristu jgħaqqadna mal-Mi

L-Għan t'Alla

“Lill-anġlu tal-knisja f’Sardi ikteb: ‘Dawn il-ħwejjeġ jgħid dak li għandu s-seba’ Spirti t’Alla u s-seba’ kwiekeb. Naf l-għemejjel tiegħek; int għandek reputazzjoni illi tgħix, frattant int mejjet. Stenbaħ! Issoda l-ħwejjeġ li jibqa’ u li appik ħa jmutu, għax ma sibtx l-opri tiegħek kompluti f’għajnejn Alla tiegħi. Mela ftakar x’irċevejt u xi smajt. Żommu, u indem. Però jekk ma tistenbaħx, se niġik bħal ħalliel, u ma tkunx taf f’liema siegħa niġi fuqek.Frattant għandek ftit persuni f’Sardi li ma ċappsux ilbieshom. Se jimxu miegħi f’ilbiesi bojod, għax huma denji. Min ivinċi jkun hekk imleffef f’ilbiesi bojod. Qatt mhu se nħassar ismu minn ktieb il-ħajja, imma nistqarrlu ismu quddiem Missieri u quddiem l-anġli tiegħu. Min għandu widna, ħa jisma’ x’jgħid l-Ispirtu lill-knejjes’” (Rivelazzjoni 3:1-6). L-għan t’Alla, daqskemm hu żgur, hu immutabbli. Mhux il-bniedem jagħżel lil Alla, iżda Alla jagħżel lilna, bla ma jerġa’ jibdielu. Lil dawk li għażilhom, ħalaqhom, ippreparahom, sejħ

Mis-Sebħ Infittxek Jien

“O Alla, int Alla tiegħi; mis-sebħ infittxek jien. Ruħi għatxana għalik; laħmi mxennaq għalik f’art niexfa u maħruqa fejn m’hemmx ilma. Għalhekk ġejt narak fis-santwarju, biex nara s-setgħa u l-glorja tiegħek. Għax it-tjieba tiegħek hi aħjar mill-ħajja; xofftejja jfaħħru lilek. Għalhekk inbierkek sakemm indum ħaj; ngħolli jdejja f’ismek. Ruħi tixba’ bil-mudullun u s-simna, u fommi jfaħħrek b’xofftejn ferħana” (Salmi 63:1-5). Meta Alla jmissek, imqar b’tgħarrixa, il-kuntatt divin jibqa’ jivvibra u ma jħallikx bi kwietek. Il-fidil, imqajjem u mgħajjex bil-grazza, issa għandu interess fil-ħwejjeġ fuqanija; l-ansjetà tiegħu hi illi jiskopri l-volontà tas-sema biex jinkorporaha fih, ħalli r-rieda fjakka tiegħu tinxtorob fir-rieda suprema.  It-tali desiderju għall-gwida hu għelm inkonfutabbli ta’ saħħa u vitalità spiritwali. Min ma jafx fejn wasal ftit jimportah x’għad fadallu xi jterraq quddiemu. Kristjan galbat irid jogħġob lil Sidu. Ħajtu ħadet żvolta radikalment differenti met

Mexxini Int

“Ma tkellimtx bil-moħbi, f’post mudlam tal-art; ma għidtx lil nisel Ġakobb, ‘Tfittxuni għalxejn!’ Jien, il-Mulej, nitkellem is-sewwa; ngħarraf dak li hu rett! Inġemgħu u ejjew: ersqu lkoll, intom li ħrabtu mill-ġnus; m’għandhomx tagħlim dawk li jerfgħu l-idoli tagħhom tal-għuda, u talbu ’l alla li ma jistax jgħin. Għidu, u ressqu l-każ tagħkom; iva, ħa jiftiehmu wkoll flimkien! Min ħabbar dan mill-qedem? Min għarrfu dan żmien ilu? Mhux jien, il-Mulej? U m’hemmx Alla ieħor għajri; Alla ġust u Salvatur. Ħadd m’hemm għajri. Duri lejja, u tkun salvati, truf kollha tal-art, għax jien Alla, u m’hemmx ieħor għajri” (Isaija 45:19-22). Ninsabu bbombardjati b’xelta vasta f’kull qasam. Jekk tirfes ġo supermarkit issib l-istess prodott imgeżwer f’għaxar kratas differenti. Jekk trid tixtri ġlekk, l-istil, l-ilwien u l-marki huma interminabbli. Iċ-ċiviltà tatna bl-irfus, u fl-istess ħin ħawditna. Hi reazzjoni naturali illi nfittxu xi tip ta’ għajnuna biex nieħdu deċiżjonijiet sensibbli. Fi ħw

Tentazzjoni

“Għakan wieġeb lil Ġożwè, u qallu: ‘Tassew, jien dnibt kontra l-Mulej, Alla ta’ Iżrael, u dan hu kollu kulma għamilt. Xħin rajt fost il-ħwejjeġ maqbudin mantar sabiħ ta’ Singħar, u mitejn xekel tal-fidda u virga tad-deheb tiżen ħamsin xekel, jien xtaqthom, u ħadthom; u ara, huma qegħdin moħbijin fl-art, f’nofs it-tinda tiegħi, u l-fidda qiegħda taħthom’” (Ġożwè 7:20-21). Meta Satana jassalta jipprova jagħmel kwalunkwe ħaġa fil-għajn tidher bħala pjaċir, qliegħ, u sodisfazzjon ħelu għal xewqatna. Hemm ukoll l-għadab, ġudizzju, turment u t-tinġiża fil-kuxjenza li jappartienu mat-tiġriba. Dawn jaħbihom; importanti illi ma narawhomx. Il-ħaxix aħdar iħajjarna nimxu matul il-mogħdija li twassal għall-ispiera. Kieku t-tentazzjoni tidher bħala tentazzjoni, id-dominju tad-dlam ma jkunx daqshekk popolat.  Kieku Għakan seta’ jara minn qabel il-ħaġar garat lejn nagħsu ma kienx imidd idu fuq l-oġġetti misħuta. Kieku David seta’ jduq minn qabel l-għali tal-għadam misħuq tiegħu qabel ma re

Kliem il-Ħajja

“Tabilħaqq jien stupidu aktar minn kulħadd, u m’għandix id-dehen ta’ bniedem. La tgħallimt l-għerf u lanqas nagħraf lilu l-Qaddis. Min tela’ s-sema u niżel? Min ġabar ir-riħ f’idejh? Min ġabar l-ilmijiet fi ħwejġu? Min waqqaf it-trufijiet kollha tal-art? X’jismu? X’jismu ibnu, jekk taf? Kull kelma t’Alla msoffija; hu tarka għal kull min jittama fih. La żżid xejn ma’ kliemu, li ma jlumikx u toħroġ ta’ giddieb” (Proverbji 30:2-6). X’esperjenza ferrieħa meta naqraw il-wegħdi divini, iċċentrati f’Ġesù. Għal niesu huma dejjem iva u ammen, għall-glorja t’Alla l-Missier. Fil-ġenerożità tiegħu jagħtina biex jurina mħabbtu, iqarribna aktar lejh u nagħrfuh bħala l-fonti ta’ kull barka għalina. Bih m’għandniex bżonn infittxu nixorbu minn bjar imxaqqin li ma jistgħux iżommu ilma.  Kemm inkunu stabbiliti meta nisimgħu l-kelmiet grazzjużi minn fomm Jaħwe: “Jien, iva jien, li nħassar ħtijietek minħabba fija, u ma niftakarx dnubietek” (Isaija 43:25). X’attrazzjoni qawwija għas-sentimenti ta

Is-Sultan tal-Knisja

“Minħabba f’David, il-qaddej tiegħek, la twarrabx wiċċ il-midluk tiegħek. Il-Mulej ħalef fis-sewwa lil David; hu ma jerġax lura mill-ħalfa tiegħu. ‘Mill-frott ta’ ġismek inqiegħed fuq it-tron tiegħek. Jekk uliedek iħarsu l-patt u x-xhieda tiegħi li jien ngħallimhom, uliedhom ukoll joqogħdu fuq it-tron tiegħek għal dejjem.’ Għax il-Mulej għażel lil Sijon; hu xtaqha b’għamara tiegħu” (Salmi 132:10-13).  Storikament, is-salm hu għajta lill-Mulej biex ibierek id-dixxendent ta’ David (Salamun jew xi sultan sussegwenti) li kien qed jirrenja fuq it-tron.  Alla wiegħed lil David li nislu jsaltan warajh. Għalkemm il-linja kienet interrotta minħabba d-diżubbidjenza umana, il-wegħdi divini ma sfawx frustrati. Xorta waħda seħħew fi Kristu, l-iben il-kbir ta’ David, li jwettaq il-patt.  Mhi ebda sorpriża li l-knisja bikrija fehmet das-salm messjanikament, kif allura jeħtieġ nagħmlu aħna wkoll. Ġesù “jkun kbir, u jissemma Bin l-Ogħla, u l-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru”

L-Għerf Veru

“Ibni, jekk tilqa’ kliemi u taħżen il-kmandamenti tiegħi ġo fik, billi tagħti widen għall-għerf u għal-fehma t-tajba, iva, jekk int isejjaħ id-dehen, u għall-fehma t-tajba int terfa’ leħnek; jekk tfittxu bħallikieku fidda, u tħaffer għalih bħallikieku teżori moħbija, inti tifhem il-biża’ tal-Mulej, u ssib it-tagħrif t’Alla. Għax il-Mulej jagħti l-għerf, u minn fommu ġej it-tagħrif u d-dehen. Hu jaħżen għerf kbir għan-nies sewwa; hu tarka għal min jimxi bl-onestà” (Proverbji 2:1-7). Ħa nagħmillek mistoqsija: “Int għaref?” Iva, le jew insomma? Ma nafx x’irrispondejt; dik ħaġa bejnek u l-Mulej. Iżda nixtieqek tara mill-Iskrittura jekk Alla jqisikx għaref jew iblah. Għal Alla, l-għerf ma jfissirx kemm taf skola u xi grad ta’ edukazzjoni lħaqt. Tista’ tkun l-akbar professur akkademiku, u f’għajnejn Alla tkun għadek lanqas biss bdejt. Mill-banda l-oħra, tista’ tkun illitterat, bilkemm taf tħarbex ismek, u tkun għaref tassew. Għax fejn jibda l-għerf? Isma’ t-tweġiba awtorevoli: “Il

Mistrieħ

“Kollox kien kommess lili minn Missieri. Ħadd ma jaf lill-Iben ħlief il-Missier, lanqas ħadd ma jaf lill-Missier ħlief l-Iben, u dak li lilu l-Iben, jekk irid, jirrivelahulu. Ejjew għandi, intom ilkoll li titħabtu u tinsabu mgħobbijin, u jien inserraħkom. Ħudu l-madmad tiegħi fuqkom u tgħallmu minni, għax jien manswet u umli fil-qalb, u ssibu l-mistrieħ għal erwieħkom. Għax il-madmad tiegħi faċli, u t-tagħbija tiegħi hi ħafifa” (Mattew 11:27-30). Aħna n-nies salvati nsibu mistrieħ fi Kristu Sidna. Dawk li għadhom mitlufa jirċievu l-mistrieħ jekk jersqu lejh, għax hawnhekk iwiegħed li jagħti s-serħan. Xejn mhu iżjed b’xejn minn għotja. Ejjew naċċettaw bil-ferħa lil dak li jagħti bil-ferħa. Ma tistax tixtri l-mistrieħ, lanqas tissellfu. Tirċevih bħala għotja.  Bħalissa qed tistinka, mgħakkes taħt il-frosta tal-ambizzjoni, ir-regħba, l-immoralità, is-suppervja jew l-ansjetà. Kristu jilliberak minn dal-jasar tal-ħadid, u jagħtik is-serħan. Tinsab mgħobbi – iva, mgħobbi wisq bid-

Bl-Onestà Kollha

“Min jimxi dritt jimxi bla biża’, iżda min jgħawweġ triqatu jinqabad. L-integrità tan-nies retti tmexxihom, iżda l-ħżunija tal-qarrieqa teqridhom. Aħjar il-fqir li jimxi fis-sewwa tiegħu milli wieħed imħassar fi kliemu u iblah. Ir-raġel ġust jimxi fis-sewwa tiegħu; uliedu huma henjin warajh. Aħjar il-fqir li jimxi fis-sewwa tiegħu milli wieħed li jimxi mgħawweġ fi triqatu, u jkun għani” (Proverbji 10:9; 11:3; 19:1; 20:7; 28:6).  L-istampa turi lill-filosfu Grieg Dijoġene meta ħareġ fis-suq ifittex raġel onest. Dakinhar baqa' diżappuntat. Fid-dinja mħassra u f’nofs ġenerazzjoni perversa, x’jaqbillek, tkun persuna onesta jew inkella banavakk brikkun? Ħafna jassumu li jaqbillek tgħawweġ tikka għax b’hekk tiffranka salt inkwiet u takkwista l-ġid bla xkiel. “Jekk timxi b’subgħajk dritt, tbati,” jikkunsillawk. “Illum ftit għadek issib nies b’subgħajhom f’ħalqhom.” Hawn nistgħu nxommu l-ingann sataniku. Mill-bidu nett, l-avversarju qalil tagħna qarraq b’Eva – ħasbet li kienet s

Mnejn Jiġi l-Ferħ

“Ara, x’rajt: ħaġa tajba u xierqa li wieħed jiekol u jixrob, u jithenna fit-taħbit tiegħu kollu, li jitħabat taħt ix-xemx, matul il-ftit jiem ta’ ħajtu, li tah Alla, għax dan hu sehmu. Barra minn dan, bħalma ta Alla lil kull bniedem għana u teżori, hekk ukoll tah is-setgħa li jiekol minnhom, u jieħu sehmu, u jifraħ fit-taħbit tiegħu. Dan ukoll għotja t’Alla” (Ekkleżjażti 5:18-19). F’ġieħ is-sempliċità, ħa ngħidu li l-ferħ jiġina minn erba’ sorsi.  1. Il-ferħ inixxi meta tkun konxju illi int maħbub. Ħadd ma jista’ jkun ferħan jekk ma jkunx persważ illi hemm xi ħadd li jagħrfu, jaċċettah u jimportah minnu. Il-Kristjan għandu lil Alla omnipotenti bħala Missieru u l-Ħabbej tiegħu, li tah l-egħżeż u l-aħjar, ċoè lill-istess Ibnu.  2. Il-ferħ jiġi mill-aċċettazzjoni illi s-sitwazzjoni tiegħi hi waħda tajba. In-nies li dejjem issibhom imferfxa dwar il-qagħda u ċ-ċirkostanzi tagħhom, u jixtiequ kieku l-affari kienet differenti, u jixxenqu biex jiġru ċerti affarijiet, jiskwalifik

Ferħ Veru Jew Taparsi?

“La tisħonx minħabba l-ħżiena u la tgħirx għal dawk li jagħmlu l-ħażen. Għax bħal ħaxix ħażin malajr jinqatgħu, u jinxfu bħan-nibbieta. Afda fil-Mulej u agħmel it-tajjeb; għammar fuq l-art u imxi bil-fedeltà. Tgħaxxaq bil-Mulej u jagħtik dak li tixtieq qalbek. Erħi f’idejn il-Mulej it-triq tiegħek; afda wkoll fih, u jagħmel hu. U juri bħad-dawl is-sewwa tiegħek, u d-dritt tiegħek bħan-nofsinhar” (Salmi 37:1-6). Suldat ingħata s-sentenza tal-mewt talli ħa xenxul għeneb kontra l-kmand tal-ġeneral tiegħu. Hu u qed jittieħed għall-forka rawh jiekol l-għeneb, u wieħed minn sħabu ċanfru.  “Kif! Issa qed tiekol l-għeneb?” L-imsejken wieġeb, “Tgħirx għalija minħabba dawn iż-żewġ għenbiet, għax swewli qares.” Hekk inkunu qed nagħmlu meta ngħiru għall-prosperità tal-ħżiena, jew infexfxu minħabba nies mondana li jfittxu biss ix-xalar u jistaħmu fl-għaxqiet senswali ta’ dil-ħajja. Ma jafux aħjar, u mhumiex kapaċi jfittxu ħwejjeġ ogħla u isbaħ. M’hemm ebda raġuni għala jmissna ni

Il-Valur tat-Tama

“Wara tlett ijiem Pawlu sejjaħ flimkien lil dawk li kienu l-ewlenin lokali tal-Lhud. Xħin huma nġabru flimkien, qalilhom: “L-aħwa, għalkemm jien ma kont għamilt xejn kontra l-poplu tagħna jew drawwiet l-antenati tagħna, frattant kont mitluq bħala priġunier minn Ġerusalemm f’idejn ir-Rumani. Eżaminawni u riedu jirrilaxxjawni, għax ma kien hemm ebda ħtija fija li kien ħaqqha l-mewt. Imma meta l-Lhud oġġezzjonaw, kont imġiegħel nappella għal quddiem Ċesri - mhux bħallikieku għandi xi ħaġa x’nakkuża kontra ġensi. Għalhekk, sforz dir-raġuni, sejjaħtilkom biex narakom u nitkellem magħkom, għax minħabba t-tama ta’ Iżrael għandi mdawra miegħi dil-katina’” (Atti 28:17-20). It-tama hi imprezzabbli għal kull Kristjan; impossibbli ngħaddu mingħajrha. 1. It-tama tagħti lill-fidil trankwillità kbira. Tgħallmu jpoġġi bilqiegħda, bħal Noè, f’nofs l-għargħar u t-tempesti, qalb il-kommozzjonijiet, il-kambjamenti u l-inċertezzi madwarna. “Int tkun sikur, għax hemm tama.” Il-beni, il-ġid perfe

Identifikat ma' Kristu

“Għaldaqstant Ġesù wkoll bata barra minn xatbet il-belt sabiex iqaddes il-poplu permezz ta’ demmu stess. Allura ħa noħorġu lejh barra mill-kamp u nġorru l-għajb tiegħu. Għax hawn m’għandniex belt li tibqa’, iżda qed infittxu dik li għad trid tiġi. Permezz ta’ Ġesù, mela, ħa noffru kostantement sagrifiċċju t’eloġju ’l Alla, ċoè, frott ix-xofftejn li jistqarru ’l ismu” (Ebrej 13:12-15). Faċli tissejjaħ Kristjan, iżda meta tkun taf lill-Feddej f’qalbek, u tistqarru b’fommok, kif ukoll issegwih minn jum għal jum, tkun qed tesponi lilek innifsek għall-għajb u l-istmerrija. Dan inevitabbli. Meta Filippu ltaqa’ ma’ Ġesù, dak li dwaru kitbu Mosè u l-profeti, spontanjament tkellem dwaru ma’ ħaddieħor. Id-dixxiplu ġenwin jistma lil Ġesù bħala l-Ħabbej tiegħu, u jagħżlu bħala l-ogħna teżor tiegħu, inkomparabbilment prezzjuż. Ir-rieda, l-affezzjonijiet u kull fakoltà tal-persuna tagħna jkunu offruti lilu. L-għażla ta’ Mosè ssir tagħna: “Ikkonsidra l-għajb ta’ Kristu bħala għana ikbar mit-te

Dur Mid-Dnub

“Għalhekk kellimhom u għidilhom: ‘Hekk jgħid Sidi l-Mulej: “Kull wieħed minn dar Iżrael, li jżomm l-idoli tiegħu f’qalbu, u jqiegħed it-tiġrif ta’ ħżunitu quddiem wiċċu, u jiġi mbagħad għand il-profeta, jien, il-Mulej, inwieġbu minħabba l-kotra tal-idoli tiegħu, biex naqbad minn qalbhom lil dawk ta’ dar Iżrael, li kollha twarrbu minn miegħi minħabba l-idoli tagħhom.” Għalhekk għid lil dar Iżrael: “Hekk jgħid Sidi l-Mulej: ‘Indmu u erġgħu lura mill-idoli tagħkom u mill-ħwejjeġ mistkerrha kollha tagħhom dawru wiċċkom”’” (Eżekjel 14:4-6). Alla ma jaħfrilniex għax nindmu, u frattant ma jaħfrilniex mingħajr indiema. Jaħfrilna f’ġieħ Ibnu, bir-riparazzjoni tas-salib tiegħu, li biha qalagħlna d-don tal-indiema. M’hemm ebda fortifikazzjoni kontra l-ġudizzji t’Alla ħlief l-indiema. Il-forzi tiegħu huma inviżibbli u invinċibbli. Ma nistgħux nirripellawhom bix-xabla u t-tarka; il-balwardi godlija ma jżommuhomx bogħod minna. M’hemm xejn fid-dinja li jista’ jxejjen il-ġudizzju t’Alla fuqi ħl

L-Attrazzjoni tal-Arti

“La tagħmel ebda xbieha minquxa għalik, jew xbieha ta’ xi ħaġa li hemm fis-sema minn fuq, jew li hemm fl-art minn taħt, jew li hemm fl-ilma ta’ taħt l-art; la tmilx quddiemhom, u la tqimhomx, għax jien il-Mulej, Alla tiegħek, Alla għajjur, li nħallas ħażen il-missirijiet fl-ulied sat-tielet u r-raba’ nisel ta’ dawk li jobogħduni, u nagħmel ħniena ma’ eluf minn dawk li jħobbuni u jħarsu l-kmandamenti tiegħi” (Esodu 20:3-6). L-arti u x-xjenzi jridu jiksbu post definittiv fl-esperjenza Kristjana – mhumiex periferali. Għalija, mifdi bil-passjoni ta’ Kristu u ngħix fin-normi tal-Iskrittura u taħt it-tmexxija tal-Ispirtu s-Santu, id-dominju ta’ Kristu fuqi għandu jinkludi interess fl-arti. U hekk hu! Nuża l-pittura u l-kitba kreattiva għall-glorja ta’ Alla – mhux sempliċement bħala fuljetti, iżda bħala ħwejjeġ ta’ ġmiel għat-tifħir ta’ Alla. Opra artistika tista’ tkun dossoloġija fiha nfisha. L-Iskrittura ma tipprojbixxix il-produzzjoni ta’ arti rappreżentattiva, imma aktarx il-qi