Skip to main content

Bid-Dawl Jiddi Minnek

“Intom il-melħ tal-art. Imma jekk il-melħ jaqta’, b’xiex se jerġa’ jitmellaħ? Għalxejn ma jgħodd iżjed ħlief biex jinxteħet barra u jintrifes mill-bnedmin. Intom dawl id-dinja. Belt imqiegħda fuq għolja ma tistax tinħeba, lanqas ma jixegħlu lampa u jqegħduha taħt il-modd, iżda fuq l-istend, u ddawwal lil dawk kollha fid-dar. Hekk ħallu dawlkom jiddi quddiem il-bnedmin, biex jaraw l-atti tajbin tagħkom u jigglorifikaw lil Missierkom fis-smewwiet” (Mattew 5:13-16).

L-ewwel u qabelxejn irridu naħsbu korrett: dan hu l-ewwel prinċipju tal-ħajja morali. Il-ħsieb ikun ittemprat, mixħut fid-direzzjoni t-tajba, jekk nagħrfu njassru l-ispekulazzjonijiet li jimmilitaw kontra t-tagħrif t’Alla, u nwaqqgħu l-argumenti karnali u kull kburija li tarroga l-post tal-fidi. Għax ma jista’ jkun hemm ebda moralità aċċettabbli mingħajr fidi fi Kristu, u l-fidi fih hi noneżistenti jekk mhix abbinata ma’ ħajja etika. Mingħajr moralità l-bniedem hu sħaba bla ilma, siġra bla frott. Kristu jgħaqqadna mal-Missier biex nesprimu l-ħajja qaddisa tiegħu.

Tifel ċkejken attenda knisja fejn seta’ jammira ħafna vetrati medjevali sbieħ. Ommu għarrfitu li dawn it-twieqi fl-għoli kellhom rappreżentazzjonijiet artistiċi ta’ qaddisin, fosthom San Pawl, San Pietru, San Mattew, San Mark, San Luqa u San Ġwann.

Xhur wara, fil-klassi l-għalliema staqsiethom, “Tafu x’inhu qaddis?”

It-tifel għolla idu u qal, “Qaddis hu wieħed li jippermettti d-dawl jiddi minnu.”

Talba: “Mulej, ikkonvinċina int illi l-virtù hu saħħet ir-ruħ u l-istabbiltà tal-moħħ. Urina kif il-ġmiel reali huwa l-ġmiel fir-ruħ. Agħtina l-fehma soda illi m’hemm ebda povertà fejn hemm il-virtù, u ebda rikkezzi fejn m’hemmx virtù. U kif naslu fi tmiem il-vjaġġ, agħtina l-grazzja mmutu tajjeb għax inkunu għexna tajjeb, fi Kristu Ibnek. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...