Skip to main content

Kliem il-Ħajja

“Tabilħaqq jien stupidu aktar minn kulħadd, u m’għandix id-dehen ta’ bniedem. La tgħallimt l-għerf u lanqas nagħraf lilu l-Qaddis. Min tela’ s-sema u niżel? Min ġabar ir-riħ f’idejh? Min ġabar l-ilmijiet fi ħwejġu? Min waqqaf it-trufijiet kollha tal-art? X’jismu? X’jismu ibnu, jekk taf? Kull kelma t’Alla msoffija; hu tarka għal kull min jittama fih. La żżid xejn ma’ kliemu, li ma jlumikx u toħroġ ta’ giddieb” (Proverbji 30:2-6).

X’esperjenza ferrieħa meta naqraw il-wegħdi divini, iċċentrati f’Ġesù. Għal niesu huma dejjem iva u ammen, għall-glorja t’Alla l-Missier. Fil-ġenerożità tiegħu jagħtina biex jurina mħabbtu, iqarribna aktar lejh u nagħrfuh bħala l-fonti ta’ kull barka għalina. Bih m’għandniex bżonn infittxu nixorbu minn bjar imxaqqin li ma jistgħux iżommu ilma. 

Kemm inkunu stabbiliti meta nisimgħu l-kelmiet grazzjużi minn fomm Jaħwe: “Jien, iva jien, li nħassar ħtijietek minħabba fija, u ma niftakarx dnubietek” (Isaija 43:25). X’attrazzjoni qawwija għas-sentimenti tagħna meta l-imħabba divina ssejħilna u tgħidilna, “Ftakru fija!” “Hekk jgħid il-Mulej li għamel l-art, il-Mulej li sawwarha, biex iwettaqha; il-Mulej ismu: ‘Sejjaħli, u jien inwieġbek, u nurik ħwejjeġ kbar u qawwija li int ma tafhomx’” (Ġeremija 31:2-3). Le, ma nappellawx fil-vojt; widintu miftuħa għat-tħannin ta’ wliedu. 

Hekk jitkebbsu għal darb’ oħra xewqat fir-ruħ, minfuħa fi fjamma, u jitilgħu f’talb ferventi u mħeġġeġ. Jitilgħu qishom inċens infuħ quddiem Alla fidil li jagħmel tajjeb il-wegħdi tiegħu. Qatt ma nistgħu napprezzaw Kelmtu biżżejjed. Qatt ma nistgħu noffrulu radd il-ħajr biżżejjed. Qatt ma nistgħu naduraw suffiċjentement it-Trinità Qaddisa, il-Ħallieq li ġibidna lejh u tana li ngħammru fl-għamajjar tiegħu. Fehtmu hi deċiża; diġà aħna kkonsidrati bħala mqajma ma’ Ibnu u mqiegħda miegħu fl-imkejjen tas-smewwiet (Efesin 2:6).

Jekk Kelmet il-Mulej hi tamitna, għandna fil-pussess tagħna verità eterna, imħabba dejjiema, qawwa infinita, u fedeltà stabbli lkoll ingaġġati favur tagħna. Xi privileġġ speċjali hu dan, illi jkollna d-dikjarazzjonijiet divini bħala l-isperanza tagħna fih. Bihom ngħaddu; bihom u xejn iżjed. 

Talba: “Sultan universali u Missier tagħna, int kellimtna u għadek tkellimna, avolja widnejna huma sikwit tqal. Fejjaq it-truxija tagħna. Ħa jkun kliemek melodija għal widnejna, għasel fuq fommna, u l-għaxqa ta’ ruħna. Fuq kollox, agħtina l-ħila nimxu dejjem fid-dawl ta’ Kelmtek, bla ma nilwu la lejn il-lemin u lanqas lejn ix-xellug. F’ġieħ Ibnek nitolbuh dan. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...