Skip to main content

L-Għan t'Alla

“Lill-anġlu tal-knisja f’Sardi ikteb: ‘Dawn il-ħwejjeġ jgħid dak li għandu s-seba’ Spirti t’Alla u s-seba’ kwiekeb. Naf l-għemejjel tiegħek; int għandek reputazzjoni illi tgħix, frattant int mejjet. Stenbaħ! Issoda l-ħwejjeġ li jibqa’ u li appik ħa jmutu, għax ma sibtx l-opri tiegħek kompluti f’għajnejn Alla tiegħi. Mela ftakar x’irċevejt u xi smajt. Żommu, u indem. Però jekk ma tistenbaħx, se niġik bħal ħalliel, u ma tkunx taf f’liema siegħa niġi fuqek.Frattant għandek ftit persuni f’Sardi li ma ċappsux ilbieshom. Se jimxu miegħi f’ilbiesi bojod, għax huma denji. Min ivinċi jkun hekk imleffef f’ilbiesi bojod. Qatt mhu se nħassar ismu minn ktieb il-ħajja, imma nistqarrlu ismu quddiem Missieri u quddiem l-anġli tiegħu. Min għandu widna, ħa jisma’ x’jgħid l-Ispirtu lill-knejjes’” (Rivelazzjoni 3:1-6).

L-għan t’Alla, daqskemm hu żgur, hu immutabbli. Mhux il-bniedem jagħżel lil Alla, iżda Alla jagħżel lilna, bla ma jerġa’ jibdielu. Lil dawk li għażilhom, ħalaqhom, ippreparahom, sejħilhom, iġġustifikahom, qaddishom, u jigglorifikahom, għax l-għan tiegħu ma jafx b’kambjamenti kapriċċjużi, lanqas il-wegħda tiegħu ma tista’ tkun revokata mingħajr dannu għall-fama u l-glorja tiegħu. 

Ħallih lil Sawl iħarbat lill-fidili, ixewlaħhom fil-kalzri, u jimmultiplika l-inġurja tiegħu kontra l-Irxoxtat; xorta waħda, fiż-żmien imwaqqat, billi hu magħruf għal Alla u għandu ismu miktub fil-Ktieb tal-Ħajja, jasal biex jitbekka għad-dagħa tiegħu, u jkun salvat. Maqtugħin minn barriera waħda, ta’ ħmieġ u korruzzjoni, iva, imma jitwasslu sas-saltna eterna, għax huma l-maħbubin t’Alla Trinità, l-istess għal dejjem ta’ dejjem. 

Kieku mhux hekk, x’tama għandna għalina personalment, u xi speranza nistgħu nħaddnu illi għad naraw lil Babel rovinata, id-dominju tax-xitan destrutt u l-Ġisem Mistiku ta’ Kristu pperfezzjonat?

Il-Missier appunta lil Ibnu biex f’isimna jkun kontabbli għalina. Il-ħarsien u ċ-ċarġ tiegħu fuqna jestendu sal-jum aħħari meta nitqajmu mill-oqbra tagħna; bis-setgħa omnipotenti tiegħu ma jitlef lanqas it-trab tagħna, imma jsawru mill-ġdid, glorjuż u immortali, bħala prova tal-fedeltà kbira tiegħu, skont kif iddikjara, “Minn dak li tani, ma nitlef xejn, iżda nerġa’ nqajmu fl-aħħar jum.”

Din il-verità inkwantu l-predestinazzjoni tagħna tista’ tkun trattata żmerċ jew profitabbilment. Nabbużawha meta nutilizzawha biex mingħalina nissodisfaw il-kurżità tagħna, jew biha nagħlfu disputi spekulattiva u fiergħa. Veru illi nies karnali aġitaw irwieħhom b’mod verbali u kontenzjuż biha, iżda normalment il-qaddisin t’Alla, bit-tagħrif ta’ dottrina hekk sublimi, tgħallmu jitriegħdu f’qalbhom quddiem il-ħniena sovrana t’Alla, u fl-istess ħin ġew motivati biex jimxu fil-vokazzjoni tagħhom b’diliġenza u b’xenqa għal Alla li ħabbhom, kif ukoll jitbeżżlu biex iwettqu kull dover evanġeliku. Qatt ma jaslu biex tant ikunu qalbiena bil-predestinazzjoni illi jinsew l-azzjoni tagħhom. 

Talba: “Tabilħaqq int tafna b’isimna, Mulej Ġesù, u dħalt responsabbli għalina. Lilek ingħatalek poplu. Ultimament tara kif tiġbru lkoll biex ikun hemm Sultan wieħed fuq ġens wieħed, merħla waħda b’Ragħaj wieħed. Aħna nithennew, o Sid, kif narawk bil-fidi, tħaddem il-medjazzjoni tiegħek effettivament, u hekk tissokta tagħmel sal-konsumazzjoni taż-żminijiet. Aħna nafdaw fik! Bik ukoll nithennew bir-rebħa fuq il-ħażen u x-xitan. Ammen.”


Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Għajnejja

“Lejk nerfa’ għajnejja, o int li tgħammar fis-smewwiet. Ara, bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn id sidhom, u bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn sidtha, hekk għajnejna jħarsu lejn il-Mulej, Alla tagħna, sakemm ikollu ħniena minna. Ħenn għalina, o Mulej, ħenn għalina, għax aħna mxebbgħin għall-aħħar bit-tgħajjir. Ruħna mxebbgħa żżejjed biż-żebliħ ta’ dawk li huma paxxuti, u bit-tgħajjir tal-imkabbrin” (Salmi 123:1-4).  Huwa adatt li aħna nitolbu għar-rilif mill-istmellija. Sakemm għandna n-nifs, huwa preġju u żina għalina li nfittxu ’l Alla għall-għajnuna u gwida. Evidentement das-salm huwa t-tnegħida ta’ wieħed (ma’ fidili sħabu oħrajn) li jinsab fl-arena, f’sitwazzjoni iebsa, imkeskes minn nies ħżiena u mgħobbi bl-istmellija u d-disgust tagħhom.  Imma Alla, li jippermetti d-dwejjaq jinvistana biex sikwit jgħammar magħna, jista’ jneħħih, isostnina taħtu jew jislet il-ġid minnu. Kif jista’ Alla jwarrab talb bħal dan, kif imlissen hawn? Alla kapaċi u difatti ...

Id-Drawwa

“Ġesù rritorna fis-setgħa tal-Ispirtu fil-Galilija, u r-rapport dwaru infirex mal-inħawi kollha. Hu għallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd. Mar f’Nażaret, fejn trabba, u skont id-drawwa tiegħu mar fis-sinagoga f’jum is-Sibt. U qam biex jaqra Tnewwillu l-iskroll tal-profeta Isaija. Fetaħ l-iskroll u sab il-post fejn kien hemm miktub: ‘L-Ispirtu tas-Sid fuqi għax unzjonani ħalli nxandar l-evanġelju lill-foqra. Bagħatni nipproklama l-liberazzjoni lill-ikkaptivati, u dawl mill-ġdid lill-għomja, nibgħat illiberati lill-oppressati, nipproklama s-sena favorevoli tas-Sid.’ Imbagħad gerbeb l-iskroll, raddu lill-attendent u ntnasab bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu ssommati fuqu, u beda billi qalilhom, “Illum twettqet din l-Iskrittura li għadkom kemm smajtu’” (Luqa 4:14-21).  Hu sinifikanti ħafna kif hawn jingħad illi Ġesù attenda l-qima fis-sinagoga “skont id-drawwa tiegħu.”  Id-drawwa, imħaddma tajjeb u bil-għaqal, fiha valur imprezzabbli. Issiril...