Skip to main content

Il-Valur tat-Tama

“Wara tlett ijiem Pawlu sejjaħ flimkien lil dawk li kienu l-ewlenin lokali tal-Lhud. Xħin huma nġabru flimkien, qalilhom: “L-aħwa, għalkemm jien ma kont għamilt xejn kontra l-poplu tagħna jew drawwiet l-antenati tagħna, frattant kont mitluq bħala priġunier minn Ġerusalemm f’idejn ir-Rumani. Eżaminawni u riedu jirrilaxxjawni, għax ma kien hemm ebda ħtija fija li kien ħaqqha l-mewt. Imma meta l-Lhud oġġezzjonaw, kont imġiegħel nappella għal quddiem Ċesri - mhux bħallikieku għandi xi ħaġa x’nakkuża kontra ġensi. Għalhekk, sforz dir-raġuni, sejjaħtilkom biex narakom u nitkellem magħkom, għax minħabba t-tama ta’ Iżrael għandi mdawra miegħi dil-katina’” (Atti 28:17-20).

It-tama hi imprezzabbli għal kull Kristjan; impossibbli ngħaddu mingħajrha.

1. It-tama tagħti lill-fidil trankwillità kbira. Tgħallmu jpoġġi bilqiegħda, bħal Noè, f’nofs l-għargħar u t-tempesti, qalb il-kommozzjonijiet, il-kambjamenti u l-inċertezzi madwarna. “Int tkun sikur, għax hemm tama.” Il-beni, il-ġid perfett u komplut tagħna ma jikkonsistix f’dak li nippossiedu, iżda fil-mistennija tagħna.

2. It-tama tikkawża lir-ruħ biex tistenna bis-sabar għall-ħniniet li, għalkemm jiddawru, jaslulna. “Jekk nittamaw għal dak li ma narawhx, nistennew bil-paċenzja għalih.” “Nistenna l-Mulej, ruħi tistenna, u f’Kelmtu jien nittama. Ruħi tistenna lil Sidi aktar mill-għassiesa tas-sebħ, iva, aktar mill-għassiesa tas-sebħ. Ħa jittama Iżrael fil-Mulej, għax għand il-Mulej hemm it-tjieba, u miegħu hemm fidwa kbira. U hu jifdi lil Iżrael mill-ħtijiet kollha tiegħu.” Abram stenna għat-tarbija mwiegħda, u ma ddiżappuntax ruħu; Ħabaqquq stenna d-dehra u ngħatatlu. U l-Mulej Ġesù, li qisu ddawwar ma jirritorna, ċertament għad jiġi lura biex jiġborna għandu. Bħalma r-riżultat tal-fidi huwa l-ħidma, u tal-imħabba t-taħbit, il-frott tat-tama hu s-sabar. 

3. It-tama tippurifika r-ruħ. “Kull bniedem li għandu fih dit-tama” – tar-ritorn ta’ Kristu fuq l-art fl-Aħħar Jum – “isaffi lilu nnifsu, bħalma hu safi.”

4. It-tama ma tmutx; hi permanenti. Ma tħallix lir-ruħ qabel ma tkun wasslitha sa fi ħdan Kristu. “Il-ġust għandu tama f’mewtu.” “Cum expiro spero,” – meta nieħu l-aħħar nifs, nittama. 

Talba: “O Alla tas-sema, ġbidtna lejk u erfajtilna qlubna ’l fuq. Tajtna barkiet kontra barkiet, u wegħidt illi tagħtina sal-milja tal-ġenerożità u l-imħabba tiegħek lejna. F’ġieħ Ibnek saħħaħna fit-tama, mela, sabiex ma nitwarrbux fil-ġenb, iżda nkomplu nħarsu lejk bħala l-għajn ta’ kull ġid spiritwali għalina.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...