Skip to main content

Imħabba fil-Prattika

“L-imħabba hi paċenzjuża, l-imħabba beninna. Mhix ġeluża; l-imħabba ma tiftaħarx biha nfisha u mhix kburija. Ma taġixxix indeċentement, ma tfittixx l-interessi tagħha nfisha, mhix irritata faċilment, ma tirrekordjax il-ħażen immirat kontriha. L-imħabba ma tifraħx bl-inġustizzja, imma tifraħ flimkien mal-verità. Iġġerragħ kollox, temmen kollox, tittama kollox, tippersevera f’kollox. L-imħabba qatt ma tispiċċa. Imma sew jekk hemm doni ta’ profeziji, għad ikunu aboliti; jew ilsna, għad jehdew; jew tagħrif, għad jkun abolit” (1 Korintin 13:4-8).

L-imħabba hi l-ispirazzjoni, l-omm, is-sustanza, u l-għerq tal-virtujiet kollha. Kull min jikklejmja li għandu xi relazzjoni vitali mal-Ħallieq tiegħu jħobb ukoll il-ħlejjaq tiegħu, bħalma ma tistax tħobb lil ħabibek mingħajr ma tħobb lil uliedu, avolji jistgħu jkunu mqarbin. 

B’daqshekk m’aħniex ngħidu li huwa suffiċjenti tagħti l-farka kultant; insapportabbli naraw il-faqar jiddependi fuq il-karità, u jibqa’ jissussisti minħabba l-karità. Aktarx, meta noħorġu mis-sigurtà tagħna nfusna, insibu kumpensa kurjuża, għax ħadd ma jista’ sinċerament jipprova jgħin lil ħaddieħor mingħajr ma jiskopri li qed jgħin lilu nnifsu. 

L-imħabba tagħmlek kwalifikat għal kwalunkwe ħidma denja, u min għandu l-imħabba f’ħobbu għandu l-ixpruni ma’ saqajh. L-imħabba tgħaddi minn sur ta’ ħaġar samm, tiskassa kull kassaforti, qatt ma titlef triqtha. 

Tkun maħbub hu l-aqwa bonakkwist; tkun ħabbej hu l-aqwa investiment, u d-dinja aktar tinġibed lejn il-ħabbej.

Talba: “Missierna, int qed tiġbor għalik innifsek bnedmin biex jifformaw familja kbira tiegħek, u tixtieqhom ikunu jixbhuk. Int imħabba, u allura qawwina biex inħobbu bħalma int diġà tajtna prova infallibbli ta’ mħabbtek filli tajtna lil Ibnek għall-maħfra tagħna. Għaldaqstant ħa jogħġbok tirċievi l-foħrija u l-unur u l-barka mingħandna. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...