Skip to main content

Il-Verità

“Żomm il-mudell ta’ kliem korrett li smajt mingħandi, fil-fidi u l-imħabba fi Kristu Ġesù. Għasses id-depożitu t-tajjeb fdat lilek permezz tal-Ispirtu s-Santu li jgħammar ġewwa fina...Fakkarhom f’dawn il-ħwejjeġ. Wissihom solennement quddiem Alla biex ma jinstarmux f’tilwim dwar kliem li mhu utli għalxejn, ħlief li jwassal għar-rovina tas-semmiegħa. Ħabrek biex tippreżenta lilek innifsek quddiem Alla bħala wieħed approvat, ħaddiem li m’għandux mniex jistħi, li jittratta b’akkuratezza l-kelma tal-verità” (2 Timotju 1:13-14; 2:14-15).

M’hemm ebda pedament ieħor għall-knisja ħlief Ġesù. Fuqu, fuq il-verità evanġelika proklamata dwaru, il-knisja ssib is-sigurtà u l-futur tagħha, sakemm tibqa’ żżomm sħiħ id-depożitu sabiħ li rċeviet bħala l-partiketta u l-pilastru tal-verità. Il-prinċipji mgħallma lilha hi obbligata tgħaddihom lid-dinja. Huma immutabbli u universali, u għaldaqstant impossibbli tixjieħ jew issir skaduta. Hi s-soċjetà maħtura, għal kull epoka u lokalità, għal kull qagħda u grad tal-bniedem. 

Hi r-riċevitura tal-grazzja, u mdawla bil-verità smewwitija. M’għandha ebda dritt tibdel jew temenda l-artikli ta’ fidi, imma biss twassalhom relevanti għas-soċjetà kontemporanja. Għax Alla tkellem, u l-Kelma tiegħu determinattiva, suprema fuq kull dikjarazzjoni oħra. Id-dottrina biblika, li minnha l-knisja tgħix u toffri l-ħajja lil ħaddieħor, hi msejsa fuq l-ogħla realtà, li tinsab ogħla minnha, fuqha u indipendenti minnha. 

Kieku, għas-saħħa tal-argument, il-poplu t’Alla jiżvijja tant gravament li mhux biss jittraskura imma jinsa l-veritajiet sublimi dwar Alla Trinità, ir-riparazzjoni ta’ Kristu, l-irxoxt tiegħu, l-Infern u l-Ġenna, u dottrini oħra, xorta waħda jibqgħu l-pura verità. Il-verità ovvjament mhix determinata minn vot ta’ popolarità, u ma tiġix affettwata skont tiġix emmnuta jew irroftata. In-nies tista’ tiċħadha assolutament u tibqa’ l-verità assoluta. Il-bniedem impossibbli jibdel il-verità allaħija, imma dil-verità sikwit tibdel lilu.

Frattant xejn ma jsir awtomatikament. Nafu biżżejjed illi l-vanġelu, sew jekk ikkonsidrat intellettwalment, moralment jew istituzzjonalment, huwa strett wisq għat-traskurati. L-istandard tiegħu hu rigoruż wisq għal-letarġiċi. L-interess tiegħu hu wiesa’ żżejjed għall-individwalisti irresponsabbli biex b’integrità fil-qalb jidentifikaw irwieħhom miegħu. Iżda n-nies t’Alla, iva, ikunu magħmulin iridu fil-jum meta Sidhom jikxef qawwet driegħu.

Talba: “Mulej Alla, dejjem u kull ħin reġġagħna lura għall-fonti ta’ kull verità spiritwali, il-Kelma li ħarġet minn fommok. Agħtina l-grazzja nemmnuha, mhux niddubitawha; inħobbuha, mhux nittraskurawha; nobduha, mhux nersqu lejha intellettwalment biss; inxandruha fis-safa tagħha, mhux inżommuha għalina nfusha, f’ġieħ Ibnek Ġesù. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...