Skip to main content

Ferħ Veru Jew Taparsi?

“La tisħonx minħabba l-ħżiena u la tgħirx għal dawk li jagħmlu l-ħażen. Għax bħal ħaxix ħażin malajr jinqatgħu, u jinxfu bħan-nibbieta. Afda fil-Mulej u agħmel it-tajjeb; għammar fuq l-art u imxi bil-fedeltà. Tgħaxxaq bil-Mulej u jagħtik dak li tixtieq qalbek. Erħi f’idejn il-Mulej it-triq tiegħek; afda wkoll fih, u jagħmel hu. U juri bħad-dawl is-sewwa tiegħek, u d-dritt tiegħek bħan-nofsinhar” (Salmi 37:1-6).

Suldat ingħata s-sentenza tal-mewt talli ħa xenxul għeneb kontra l-kmand tal-ġeneral tiegħu. Hu u qed jittieħed għall-forka rawh jiekol l-għeneb, u wieħed minn sħabu ċanfru. 

“Kif! Issa qed tiekol l-għeneb?”

L-imsejken wieġeb, “Tgħirx għalija minħabba dawn iż-żewġ għenbiet, għax swewli qares.”

Hekk inkunu qed nagħmlu meta ngħiru għall-prosperità tal-ħżiena, jew infexfxu minħabba nies mondana li jfittxu biss ix-xalar u jistaħmu fl-għaxqiet senswali ta’ dil-ħajja. Ma jafux aħjar, u mhumiex kapaċi jfittxu ħwejjeġ ogħla u isbaħ. M’hemm ebda raġuni għala jmissna nixtiequ nkunu flokhom. Il-kont li għad jagħtu se jkun imwiegħer, u finalment iħallsu biz-zalza. 

Taħseb li Alla providenti ma jittrattax magħna ġustament? Qed twaħħal ħarstek fuq kif l-indenju huwa eżaltat, u d-denju dipressat; il-ħażin tiġih tajba, u t-twajjeb jikolha fuq wiċċu. Stenna ftit! Ma jkollok ebda kawża biex tilmenta, jew tgħejja milli timxi fil-mogħdija tal-ġustizzja. Lanqas ma titħajjar aktar tagħmel konfederazzjoni mal-miskredenti. Għax difatti qatt mhuma eqreb ir-rovina tagħhom infushom minn meta joqorbu lejn il-quċċata tal-eżaltazzjoni tagħhom. Min minna tiġih l-għira għall-ikkundannat tiela’ s-sellum għall-forka?

Aktar minn hekk, bosta midinbin li jagħtuna l-impressjoni illi huma ferrieħa m’għandhomx dak il-ferħ illi qed tassumi li jgawdu. Ktieb jista’ jkun illegat sabiħ u l-qoxra ndurata bid-deheb, u frattant ma jkun fih xejn ħlief stejjer ta’ niket. Il-midinbin mhux se joqogħdu jirrakkontawlek dwar iċ-ċanfir sigriet mill-kuxjenza tagħhom. Jipprovaw jitfu x-xhieda xellejja tagħhom, u qajla jirnexxilhom. 

Kieku kellna nevalwaw lil Erodi skont il-festività organizzata f’jum għeluq sninu, abbli nikkonkludu li ma kien jonqsu ebda feliċità; iżda f’ħin ieħor naraw kif il-ħtija, minħabba li qatel lill-Battista, kienet qed tifnilu qalbu. Illum ukoll, nies midħla tal-Kelma huma mikdudin minħabba fiha għax għadhom jirreżistu x-xhieda tal-Ispirtu, u allura ma jistgħux ikunu ferħanin. Bil-daħq u ċ-ċaċċrar kollu tagħhom, huma tristi immensament. Naraw biss it-tbissima fuq fommhom, iżda ma nisimgħux ir-ragħad u t-tkarwit fil-kuxjenza tagħhom. 

Il-miskredenti għad ikollu kundanna doppja: waħda mil-liġi għax ittrasgredixxa r-rieda rivelata t’Alla, u l-oħra mill-vanġelu, li ddisprezzah u warrbu bla ebda raġuni tajba. Bħala malefattur, ikun ikkundannat għax ħadha kontra s-Sultan tas-slaten, u rrofta l-maħfra tiegħu. 

Talba: “Foħrija lilek, Missier, talli ġbidtna lejk u qegħidtna fi Kristu Ibnek! Il-liġi hekk ma tistax tikkundannana, għax wassaltna biex bi ndiema nappellaw għall-ħniena tiegħek. Il-vanġelu lanqas jista’ jikkundannana, għax afdajna fil-Feddej maħtur minnek; emminna u ġrejna għall-kenn imqiegħed quddiemna, taħt il-ħarsien tas-Sultan, li ħabbna u ta lilu nnifsu għalina. Ħalleluja!”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...