Skip to main content

Dur Mid-Dnub

“Għalhekk kellimhom u għidilhom: ‘Hekk jgħid Sidi l-Mulej: “Kull wieħed minn dar Iżrael, li jżomm l-idoli tiegħu f’qalbu, u jqiegħed it-tiġrif ta’ ħżunitu quddiem wiċċu, u jiġi mbagħad għand il-profeta, jien, il-Mulej, inwieġbu minħabba l-kotra tal-idoli tiegħu, biex naqbad minn qalbhom lil dawk ta’ dar Iżrael, li kollha twarrbu minn miegħi minħabba l-idoli tagħhom.” Għalhekk għid lil dar Iżrael: “Hekk jgħid Sidi l-Mulej: ‘Indmu u erġgħu lura mill-idoli tagħkom u mill-ħwejjeġ mistkerrha kollha tagħhom dawru wiċċkom”’” (Eżekjel 14:4-6).

Alla ma jaħfrilniex għax nindmu, u frattant ma jaħfrilniex mingħajr indiema. Jaħfrilna f’ġieħ Ibnu, bir-riparazzjoni tas-salib tiegħu, li biha qalagħlna d-don tal-indiema. M’hemm ebda fortifikazzjoni kontra l-ġudizzji t’Alla ħlief l-indiema. Il-forzi tiegħu huma inviżibbli u invinċibbli. Ma nistgħux nirripellawhom bix-xabla u t-tarka; il-balwardi godlija ma jżommuhomx bogħod minna. M’hemm xejn fid-dinja li jista’ jxejjen il-ġudizzju t’Alla fuqi ħlief indiema ġenwina. Hu nnifsu joffrielna u jagħtina l-antidotu, għax l-indiema u l-maħfra tad-dnubiet huma mxandra f’isem Kristu Ibnu. 

Bosta nies jidħlu f’qoxrithom waqt xi kriżi, telfa jew marda qalila. L-Emperatur Sigismondu, meta darba nxteħet f’qiegħ ta’ sodda b’marda mtawla, għamel ħafna wegħdi ta’ riforma personali. 

Meta nvistah l-Arċisqof ta’ Cologne staqsieh kif seta’ jkun jaf jekk l-indiema tiegħu hix sinċiera jew le. 

Il-prelat wieġbu, “Jekk meta tikseb saħħtek twettaq bir-reqqa kulma wegħidt fl-għilla tiegħek, tkun tista’ tiġbed din l-inferenza.”

Kif inkun naf indimtx? Ovvjament billi tirrikorri għand Kristu bil-fidi. Tara fih is-soluzzjoni unika. Allura la tmur għand Kristu, it-tabib tar-ruħ, tmur bil-ħsieb biex issegwi l-preskrizzjoni tiegħu, għax l-amenda tal-ħajja fl-oqsma kollha tagħha hi l-aħjar indiema. Fl-oqsma kollha, bla riżerva. Il-konvinzjonijiet tal-ipokriti u r-reprobati huma sikwit konfinati għal xi trasgressjonijiet maġġuri. Sawl, pereżempju, jammetti li ppersegwita lil David, u daqshekk. Ġuda jistqarr li tradixxa demm innoċenti. 

Imma normalment dawk il-konvinzjonijiet li bihom il-Mulej jipprepara triqtu stess għal ġo ruħna, għalkemm jistgħu jibdew b’xi trasgressjoni waħda partikolari, ma jiqfux hemm. Il-bniedem li fih topera l-indiema ġenwina jitwassal biex jara bosta ksur ieħor tal-liġi. Meta ra dnubu stess, David ilmenta illi ħażen innumerabbli dawru dawramejt. 

Talba: “Minħabba n-natura mwaqqa’ tagħna, Mulej, aħna mixħutin lejn l-idolatrija; qalbna tqarraq bina. Kun int is-salvazzjoni tagħna! Illiberana minn kull xkiel, indifferenza jew apatija spiritwali. Qanqalna biex niġru lejk, sogħbiena u niedma. Int tilqa’ lid-dgħajjef. Saħħaħni. Int tirċievi lill-midneb. Qaddisni.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...