Skip to main content

L-Għażla t'Alla u d-Dmir Tiegħi

“Aħna jmissna dejjem nirringrazzjaw ’l Alla għalikom, l-aħwa maħbubin mis-Sid, għax Alla għażilkom mill-bidu għas-salvazzjoni permezz tas-santifikazzjoni tal-Ispirtu u fidi fil-verità, li għaliha sejħilkom permezz tal-evanġelju tagħna, għall-otteniment tal-glorja ta’ Sidna Ġesù Kristu. Hekk mela, l-aħwa, ieqfu sħiħ, u aqbdu sod mat-tradizzjonijiet li kontu mgħallmin, sew jekk bid-diskors jew b’epistola tagħna. M’hemmx li Sidna Ġesù Kristu nnifsu u Alla Missierna, li ħabbna u tana faraġ etern u tama tajba bil-grazzja tiegħu, jinkuraġġixxi qlubkom u jistabbilikom f’kull opra u kelma tajba” (2 Tessalonkin 2:13-17).

Ultimament, jekk ikollna mmorru f’ras il-għajn, hu rivelat lilna illi l-ħajja eterna ngawduha minħabba l-għażla divina. Alla l-Missier għażel nies għas-salvazzjoni eterna għax kien jafhom minn qabel, ċoè ħabbhom. Innota, “jafhom minn qabel,” mhux jaf xi ħaġa dwarhom minn qabel; mhux għax kien jaf li se jemmnu fih, jew se jindmu, jew kellhom rieda tajba, iżda għażilhom għax ħabbhom b’imħabba eterna, speċjali u infallibbli (Rumani 8:28-30). 

L-istess ħajja eterna hi mwiegħda fis-sejħa effettiva, issiġillata fil-ġustifikazzjoni tagħna, murija fit-taqdis tagħna, u posseduta kompletament fil-glorifikazzjoni tagħna, meta l-Feddej jirritorna biex jiġbor lil niesu ħa jkunu miegħu għal dejjem.

Dħalt, jew għadek barra? Smajt biss, bla ma ħadt azzjoni? Irraġuna hekk ma’ ruħek: jien nemmen l-evanġelju, allura jien magħdud ġust quddiem Alla bil-merti t’Ibnu, li ħallas il-penali minfloki. Jien ġustifikat, allura għandi bażi soda biex inkun santifikat għal Alla tiegħi. Jien santifikat, allura naf li jien imsejjaħ. Jien imsejjaħ, allura bilfors jien magħżul. Jien magħżul, allura fiż-żgur se nkun mal-qaddisin fil-Ġenna. X’konfort issetiljat ta’ ferħ u hena! Għaxart elef demonju ma jistgħu qatt iriegħdu l-għan favorevoli t’Alla lejja.

Nafu kif l-appostli u l-profeti jħambqu fuq il-predestinazzjoni; hi pilastru innegabbli fit-tempju t’Alla. Hi s-sors ta’ barkiet innumerabbli. Nistgħu ngħidu li tixbah lix-xemx. Ma nistgħux inħarsu fissi lejn ix-xemx fl-appan tagħha – jekk nissograw niċċassaw lejha, nagħmew. Insiru nafuha biss bl-imrieżaq, id-dawl u s-sħana tagħha. L-għażla tal-Missier hi x-xemx għalina, li lanqas għajnejn l-ajkli ma jikkonċentraw fuqha. Frattant nistgħu nsibu l-pożizzjoni tagħna, aħniex magħżula jew le, billi nħossu s-sħana tas-sejħa tagħna, id-dawl tal-illuminazzjoni, u r-raġġi tal-opri t-tajba maħdumin fina. 

Il-punt huwa dan. Alla ffissa t-tmiem mill-bidu, imma t-tmiem jintlaħaq bl-użu għaqli tal-mezzi provduti minnu stess. Sakemm tibqa’ tittraskura l-mezzi u tittratieni, ma jkollok ebda sinjal illi Alla għażlek għas-salvazzjoni. Tiskopri, b’għajb u turment għalik innifsek, illi ma ħallielek l-ebda skuża, għax poġġa l-mezzi għad-dispożizzjoni tiegħek. “Indmu, u emmnu fl-evanġelju!” appella r-Rajjes tas-salvazzjoni (Mark 1:15). “Issa ż-żmien aċċettabbli, issa jum is-salvazzjoni,” ifakkarna r-rasul tiegħu (2 Korintin 6:2).

Talba: “Mulej sovran, filli rrivelajtilna l-għażla grazzjuża tiegħek, tikkonvinċina illi s-salvazzjoni hi kollha l-opra tiegħek. Filli semmajtilna l-evanġelju dwar Ibnek, li miet għal dnubietna u rxoxta għall-ġustifikazzjoni tagħna, inti tfarraġna. Filli tajtna l-Ispirtu tiegħek bħala kapparra u tissiġillana bih, tassigurana li m’intix se tfalli fl-għan tajjeb tiegħek lejna. Ħalleluja! Glorja u ħajr lilek għal dejjem ta’ dejjem.”

Comments

Popular posts from this blog

Id-Drawwa

“Ġesù rritorna fis-setgħa tal-Ispirtu fil-Galilija, u r-rapport dwaru infirex mal-inħawi kollha. Hu għallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd. Mar f’Nażaret, fejn trabba, u skont id-drawwa tiegħu mar fis-sinagoga f’jum is-Sibt. U qam biex jaqra Tnewwillu l-iskroll tal-profeta Isaija. Fetaħ l-iskroll u sab il-post fejn kien hemm miktub: ‘L-Ispirtu tas-Sid fuqi għax unzjonani ħalli nxandar l-evanġelju lill-foqra. Bagħatni nipproklama l-liberazzjoni lill-ikkaptivati, u dawl mill-ġdid lill-għomja, nibgħat illiberati lill-oppressati, nipproklama s-sena favorevoli tas-Sid.’ Imbagħad gerbeb l-iskroll, raddu lill-attendent u ntnasab bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu ssommati fuqu, u beda billi qalilhom, “Illum twettqet din l-Iskrittura li għadkom kemm smajtu’” (Luqa 4:14-21).  Hu sinifikanti ħafna kif hawn jingħad illi Ġesù attenda l-qima fis-sinagoga “skont id-drawwa tiegħu.”  Id-drawwa, imħaddma tajjeb u bil-għaqal, fiha valur imprezzabbli. Issirilna t-tien

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis

L-Art Hi Tal-Mulej

“L-art tal-Mulej, u kulma fiha; id-dinja, u dawk li jgħammru fiha. Fuq l-ibħra għamel is-sisien tagħha, u fis-sod waqqafha fuq ix-xmajjar. Min jitla’ fuq l-għolja tal-Mulej? Jew min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu? Min għandu jdejh indaf u qalbu safja; min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, u lanqas jaħlef bil-qerq. Bniedem bħal dan ikollu l-barka tal-Mulej, u l-ħaqq minn Alla tas-salvazzjoni tiegħu” (Salmi 24:1-5).  Ir-rivelazzjoni speċjali tikkonvinċini dwar is-saltna universali, u s-saltna ta’ ġustizzja, sliem u ferħ fl-Ispirtu. Ladarba Alla Trinità ħalaq kollox skont ir-rieda tiegħu, mela d-dinja, dak kollu viżibbli u inviżibbli, huwa tiegħu! La oriġinatur, pussessur! Dal-pilastru tal-verità jeħtieġ jibqa’ bla mittiefes, altrimenti r-reliġjon tagħna tisfa materjalista. Il-Mulej huwa Kreatur, mhux għas-sebħ u l-unur ta’ xi razza partikolari, jew imqar għall-bnedmin, imma għalih innifsu, u sekondarjament għall-ġid u l-barka tagħna. Distinzjonijiet u privileġġi pekuljari, nazzj