Skip to main content

L-Attrazzjoni tal-Arti

“La tagħmel ebda xbieha minquxa għalik, jew xbieha ta’ xi ħaġa li hemm fis-sema minn fuq, jew li hemm fl-art minn taħt, jew li hemm fl-ilma ta’ taħt l-art; la tmilx quddiemhom, u la tqimhomx, għax jien il-Mulej, Alla tiegħek, Alla għajjur, li nħallas ħażen il-missirijiet fl-ulied sat-tielet u r-raba’ nisel ta’ dawk li jobogħduni, u nagħmel ħniena ma’ eluf minn dawk li jħobbuni u jħarsu l-kmandamenti tiegħi” (Esodu 20:3-6).

L-arti u x-xjenzi jridu jiksbu post definittiv fl-esperjenza Kristjana – mhumiex periferali. Għalija, mifdi bil-passjoni ta’ Kristu u ngħix fin-normi tal-Iskrittura u taħt it-tmexxija tal-Ispirtu s-Santu, id-dominju ta’ Kristu fuqi għandu jinkludi interess fl-arti. U hekk hu! Nuża l-pittura u l-kitba kreattiva għall-glorja ta’ Alla – mhux sempliċement bħala fuljetti, iżda bħala ħwejjeġ ta’ ġmiel għat-tifħir ta’ Alla. Opra artistika tista’ tkun dossoloġija fiha nfisha.

L-Iskrittura ma tipprojbixxix il-produzzjoni ta’ arti rappreżentattiva, imma aktarx il-qima tagħha. Biss Alla jistħoqqlu kull qima u adorazzjoni reliġjuża. Allura l-kmandament mhuwiex avversiv għall-arti, imma biss kontra l-venerazzjoni ta’ kwalunkwe ħaġa apparti minn Alla, u speċifikament kontra l-qima tal-arti. Tqim l-arti hi idolatrija, imma tagħmel l-arti le.

Fl-Iskrittura, fejn titkellem dwar it-tabernaklu u t-tempju f’Ġerusalemm, l-anġli huma rappreżentati bħala kerubini, in-natura inanimata hi rappreżentata b’tinqix ta’ fjuri u rummien, u n-natura animata hi rappreżentata fis-sura ta’ statwi ta’ barrin. L-arti rappreżentattiva ta’ suġġetti nonreliġjużi hi għalhekk miġjuba fil-post ċentrali tal-qima.

Ħeżekija kisser is-serp tal-bronż li Mosè kien kmandat jagħmel, “għax sa dakinhar ulied Iżrael ħarqu l-inċens quddiemu.” Jaqaw kissru għax kien opra tal-arti? Le, ovvjament, għax kien Alla li oriġinarjament ordna lil Mosè biex jipproduċih. Kisser l-opra tal-arti għax in-nies dawruha f’idolu. Id-duda fl-arti rappreżentattiva mhix l-eżistenza tagħha, iżda l-użu ħażin jew l-abbuż tagħha.

“It-Testment il-Qadim u l-Ġdid huma l-Kodiċi l-Kbir tal-Arti,” jafferma William Blake.

Talba: “Mulej, Alla tagħna, int għamiltna fuq ix-xbieha tiegħek, u allura kreattivi wkoll. Inroddulek ħajr talli aħna kapaċi nagħrfu l-ġmiel madwarna kif ukoll kapaċi nipproduċuh, xi ftit jew wisq. Agħtina d-dehen biex ma nabbużawx mill-għotjiet tajba tiegħek, iżda aktarx infaħħruk bihom. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...